omm | One News - Part 5

Notifiki

BIL-FILMAT: L-IVF tatha s-sodisfazzjoni li ssir omm

F’ONE News Breakfast, f’intervista esklussiva, smajna dwar l-esperjenza li ssir omm permezz ta’ dan is-servizz li f’Malta qed ikun offrut f’Mater Dei. Is-servizz ta’ IVF b’xejn f’Mater Dei daħal is-sena li għaddiet u qed jibdel għall-aħjar il-ħajja ta’ nies.
Aqra aktar

Tikteb Ira u fuq facebook jitla’ r-ritratt ta’ Harry

Wara li dalgħodu kien Sean Gravina li żvela kif hu u l-istilla tal-mużika Maltija, Ira Losco, saru ġenituri fl-aħħar ħinijiet kitbet fuq facebook il-kantanta. Dan fl-istess li tellgħet l-ewwel ritratt pubbliku ta’ binhom Harry. Ritratt diskrett tat-tarbija minn wara li kien akkumpanjat minn messaġġ tal-kantanta li l-iktar parti importanti tiegħu kienet dik fejn kitbet “Harry u jien ninsabu f’saħħitna.”

Mill-ġdid awguri.

Aqra aktar

Messaġġ mingħand l-omm fit-toroq

M’hemmx dubju li wieħed mill-mumenti fejn ommijiet jibdew jitħassbu dwar uliedhom huwa meta jiksbu l-liċenzja tas-sewqan jew idumu barra sa tard bil-lejl u jkunu jridu jsuqu lura lejn id-dar. Għalhekk huwa floku ħafna l-messaġġ li telgħu Transport Malta fit-toroq Maltin lejliet Jum l-Omm u li ġibed l-attenzjoni ta’ ħafna. Messaġġ sempliċi li jgħid: “Attent kif issuq, ommok xxx” Agħmel share tal-artiklu ħa nwasslu l-messaġġ.

Send this to a friend