omm – Page 4 – One News

Notifiki

Omm ħatja li qatlet lil uliedha

Omm ta’ 37 sena akkużata bil-qtil tat-tliet itfal tagħha, ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha. L-omm saqet għal ġo xmara bit-tfal tagħha li kellhom bejn sena u erba’ snin. Każ li jmur lura għas-sena 2015 f’Melbourne, l-Awstralja.

Aqra aktar

Omm u tarbija nvoluti f’inċident

Omm u tarbija kienu nvoluti f’inċident f’Ħ’Attard. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-omm baqgħet dieħla f’siġra u li bl-impatt tqaċtet is-siġra. It-tarbija qed tinżamm fil-karozza tal-Pulizija sakemm qed isir l-istħarriġ.

Aqra aktar

FILMAT: Jaħtfu lil bintha quddiem għajnejha

Dan il-filmat juri l-mument li raġel prova jaħtaf tifla minn ħanut fil-preżenza ta’ ommha. Dan juri kif anke meta t-tfal ikunu mal-ġenituri xorta waħda jibqa’ r-riskju li t-tfal jinħatfu minn xi stranġier. F’dan il-każ, l-omm ħalliet it-tifla tagħha ftit ‘il bogħod minnha biswit il-bieb tal-entratura u fi ftit sekondi kienet se tiġi maħtufa.

Aqra aktar

FILMAT: ‘Żball’ f’sodda tat-trabi jħalli ċkejkna ta’ seba’ ġimgħat bla ħajja

Kellha biss seba’ ġimgħat meta ċ-ċkejkna Grace tilfet ħajjitha f’sodda għat-trabi. L-omm tispjega li t-tifla tagħha mietet minħabba żball fid-disinn tal-cot u li kawża t’hekk it-tarbija tilfet ħajjitha fi ftit sekondi. Meta serħet rasha fuq din is-sodda tat-trabi, it-tarbija spiċċat qatgħet il-carotid sinus li huwa responsabbli minn funzjonijiet differenti tal-ġisem u spiċċat tilfet ħajjitha.

Aqra aktar

Imressqa l-Qorti l-omm Ungeriża li ħarbet b’bintha f’Malta

Omm Ungeriza ta’ tlieta u tletin sena li kellha mandat t’ Arrest Ewropew maħruġ minn Ċipru kontriha tressqet il-Qorti is-Sibt filgħodu.

Hi kienet mixlija li ħadet minuri barra mill-pajjiż mingħajr il-kunsens tal-awtoritajiet Ċiprijotti, u li għaldaqstant, skont il-Qorti Ċiprijotta ikkommettiet reati skedati li jġorru piena ta’ tmintax-il sena priġunerija.
Aqra aktar

Send this to a friend