omm – Page 3 – One News

Notifiki

Ma riditx temmen li kellha tifel wara li welldet waqt li kienet f’koma

L-istint tal-omm mall-ewwel jibda jinħass dan hekk kif omm twelled tkun trid li żżomm lit-tarbija f’idejha. Iżda dan ma kienx il-każ għal omm ġidida bl-isem ta’ Danielle Johnson, li kellhom jgħaddu tleit xhur sakemm aċċettat li żżomm lil binha f’idha. L-omm sabitha diffiċli li taċċetta li iben wara li welldet waqt li kienet f’koma.

Johnson li għandha 24 sena kienet se twelled ħames ġimgħat kmieni wara li spiċċat ma tiflaħx serjament u t-tobba ma kellhomx għażla oħra ħlief li jpoġġuha f’koma.

Aqra aktar

Mitluba toħroġ il-ħalib minn sidirha b’idejha, biex turi li qed tredda’, quddiem il-Pulizija

Omm ressqet ilment quddiem il-pulizija Ġermaniża, fejn allegat li kienet mitluba tagħfas sidirha, mit-taqsima tas-sigurtà fl-ajruport, bħala prova li kienet qed tredda’.

Gayathiri Bose qal lill-BBC li kienet “umiljata” mill-esperjenza u se tesplora l-azzjoni legali li tista tieħu. Qalet li l-pulizija fl-ajruport ta’ Frankfurt kienu suspettużi għax kellha pompa tas-sider waqt li kienet qed tivjaġġa, iżda kienet mingħajr it-tarbija magħha.

Il-Pulizija Ġermaniża ma kkummentawx dwar l-allegazzjonijiet speċifiċi imma qalu li tali miżuri mhux parti mill-proċedura ta’ rutina.

Aqra aktar

“ĦASSEJT ĠISMI NOFSU MEJJET U QTUGĦ TA’ NIFS KBIR”

  • Jirrakonta Mark Grima, missier li tilef lil ibnu ta’ xahar u nofs

Il-5 ta’ Diċembru tal-2016. Ġurnata li ħalliet timbru f’ħajjet Mark u Cynthia Grima – koppja li saret missier u omm għall-ewwel darba.

Malli fetaħ għajnejh, baby Deyan kien imdawwar bi qlub mimlija mħabba, lesti biex jagħtuh dak kollu li kellu bżonn fil-vjaġġ li bħal tfal oħrajn, kellu jifformalu ħajtu.

Iżda ma kellux ikun.

Aqra aktar

Mhux ħatja t’abbuż sesswali fuq tifla

Żewġt aħwa li fl-2008 kienu akkużati li kkorrompew bint wieħed minnhom inħelsu minn kull akkuża wara li l-Qorti ma laqgħatx l-appell tal-Avukat Ġenerali. Il-Qorti għamlet dan għal diversi raġunijiet, fosthom li x-xhieda tal-allegat vittma ma kinitx preċiża.

Aqra aktar

Send this to a friend