omiċidju – One News

Notifiki

“Missieri nqatel intortament” – bint il-vittma

“Missier memorji tar-ritratti għandi issa.” Dan kien kliem it-tifla ta’ Angelo Mangion, magħruf bħala  “il-Pewx”, ta’ 58 sena minn Ħal Qormi li lbieraħ inqatel kiesaħ u biered bi tliet tiri fi sparatura li seħħet tard il-Ġimgħa waranofsinhar f’ħanut f’Ħ’Attard. Aqra aktar

Tinstema’ x-xhieda ta’ erba’ persuni fil-każ tal-qtil ta’ Roderick Grech

Komplew jixhdu aktar persuni fil-każ tal-omiċidju ta’ Roderick Grech, iż-żagħżugħ Naxxari ta’ sitta u għoxrin sena li miet jumejn wara li safa attakkat b’daqqiet ta’ mus.

Il-każ seħħ fid-29 ta’ Marzu, u Etienne Bartolo magħruf bħala “il-vojt” qed ikun akkużat bil-qtil. Akkużi li għalihom wieġeb mhux ħati.

Jean Pierre Pace, żagħżugħ minn Birkirkara li ta l-aħħar għajnuna lill-vittma, xehed kif fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu, iż-żagħżugħ beda jgħajjat għall-għajnuna u jirrepeti il-frażi “il-vojt”, għalkemm stqarr li dak il-ħin ma tax kas x’ried ifisser biha.

Filfatt fil-Qorti stqarr li dak il-ħin għannaq lill-vittma u bieslu rasu bħala att ta’ wens, u ma fhemx li l-vittma seta kien qed jirreferi għal-laqam ta’ min allegatament pprova joqtlu.

Xehdet ukoll Moira Cortis – Pulizija li dak il-ħin ma kinitx xogħol, iżda li tgħix fl-inħawi; u qalet kif dak il-ħin semgħet brejkijiet tal-karozza, ħorn u għajjat.

Aqra aktar

Tinstab il-karozza tal-vittma…min qatlu kien jafu sew

It-tlieta filgħaxija instabet il-karozza BMW tan-negozjant David Abela, ir-raġel ta’ wieħed u ħamsin sena li nstab mejjet f’daru it-Tnejn għal ħabta tal-ħamsa ta’ filgħaxija biswit l-impjant tar-reverse osmosis ta’ Pembroke. Sorsi qrib l-investigazzjoni tad-delitt ta’ Abela, jemmnu li f’dan il-qtil kien aktar minn persuna waħda nvoluta filwaqt li eskludew il-possibbilta li dan l-omiċidju kellhu intenzjoni ta’ serq.

Aqra aktar

Send this to a friend