oliver scicluna – One News

Notifiki

Liġi għal aktar infurzar fl-aċċessibiltà

Dawk li kienu biss kliem fuq karta, issa saru liġi li se żżid l-infurzar fejn tidħol l-aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità.

Permezz tal-Avviż Legali 198 tal-2019, linji gwida imsejħa bħala Access for All Design Standards in the Built-in Environment – maħsuba li jagħtu spazju miftuħ u aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità – issa saru regolamenti bħala parti mil-Liġijiet ta’ Malta. Aqra aktar

Is-CRPD mħassba dwar trattament ta’ studenti b’diżabbiltà wara stqarrijiet minn xi għalliema

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità tinsab imħassba fuq stqarrijiet maħruġa dan l-aħħar mill-unjins tal-għalliema, hekk kif studenti b’diżabilità jistgħu ikunu affettwati b’mod ħażin.

Fi stqarrija, il-Kummissarju Oliver Scicluna qal li filwaqt li s-saħħa u l-kundizzjonijiet tal-edukaturi għandhom ikunu protetti, dan ma jistax isir għad-dannu tad-dinjita tat-tfal b’diżabilta. L-istqarrijiet li għalihom għamlet referenza il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità kienu dwar il-Learning Support Educators u d-dmirijiet tagħhom lejn tfal b’diżabilta.Aqra aktar

ARA: Illum niċċelebraw Jum il-Ħajja Indipendenti

Illum huwa l-jum li fih niċċelebraw l-independent living (il-ħajja indipendenti)

Il-kumitat soċjali tal-ħaddiema tal-kummissjoni tal-persuni b’diżabilità ħadmu fuq inizjattiva żgħira biex iwasslu l-messaġġ tagħhom x’jifhmu biha independent living.

Il-kummissjoni tħaddem kważi 75% tal-ħaddiema li huma persuni b’diżabilità u tista’ tgħid li kull tip ta’ diżabilità għandha preżenza.

Oliver Scicluna f’kumment li ta lil ONE News qal:

Jien ninsab kuntent bħala l-persuna li mmexxi tim daqshekk divers u dinamiku, tim li lili stess jgħallimni kif għandu jkun post tax-xogħol. Fejn kull haddiem huwa responsabli ta’ kull ħaddiem ieħor, persuni b’dizabilita’ u le. Kull persuna tagħmel xoghol li huwa ta’ importanza għax qed jinghata servizz lil ‘il fuq min 18,000 persuna reġistrata mal-kummissjoni, il-fuq min 40 walk in client kuljum u mijiet ta’ telefonati u każijiet li naħdmu fuqhom. Jien nħaddan id-diversità mhux għax jien persuna b’diżabilita’ iżda għax nara tim bħal tiegħi li ħadem u qed jirnexxi. Min imexxi jrid jagħmel l-almu tiegħu biex kull impjegat jingħata ċ-ċans li jaħdem u jiswa. Dan fl-aħħar mil-aħħar iwassal lill-persuna biex tgħix ħajja aktar dinjituża, soċjevoli u indipendenti.

Il-qgħad fost il-persuni b’diżabilità jonqos bin-nofs

Il-lista ta’ persuni b’diżabilita’ qiegħda naqset kważi bin-nofs hekk kif bħalissa hemm madwar tlett mitt persuna jirreġistraw- dan ifisser li hemm aktar individwi li qed jintegraw ruħhom fid-dinja tax-xogħol.

Għall-kuntrarju tas-snin ta’ qabel, fejn ta’ kull sena kien qed ikun hemm total ta’ ħamsa u għoxrin persuna b’diżabilita li jirnexxilha ssib impjieg… illum il-ġurnata f’temp ta’ sena qed ikun hemm medja ta’ 300 individwu b’diżabilita’ li qed jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Aqra aktar

Intervista ma’ Oliver Scicluna dwar l-EU disability card

Bil-għan li persuni b’diżabilità jivvjaġġaw b’mod iktar faċli bejn pajjiż u ieħor tal-Unjoni Ewropea, l-istess Unjoni ħolqot dik li qed tissejjaħ EU Disability Card. Dan fi proġett pilota li fuq quddiem nett tiegħu hemm Malta bis-sehem tas-CPRD. Il-gazzetta Kullħadd tkellmet maċ-Ċermen tas-CPRD, Oliver Scicluna, li spjega l-għan ta’ din il-kard u wieġeb mistoqsijiet pertinenti fosthom jekk kard bħal din hijiex se sservi biex tinħoloq iktar diskriminazzjoni. Għal din il-kard diġà applikaw iktar minn 3,000 persuna Maltija.

Aqra aktar

Oliver Scicluna sar missier!

Il-Kummissarju tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabiltà ħabbar li sar missier. Scicluna huwa maħbub u ammirat minn bosta għad-determinazzjoni kbira li għandu biex ikun il-vuċi ta’ persuni li għandhom diżabiltà.

Ftit ilu ħabbar hekk:

Aqra aktar

Eżempju ta’ kif m’għandek taqta’ qalbek qatt…

Fuq il-paġna pubblika tiegħu, Oliver Scicluna li qiegħed fi ħdan il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni Diżabilità, ħa l-ħin tiegħu biex ifaħħar raġel bl-isem ta’ Reuben Mifsud li għandu għal qalbu l-isport tal-karozzi.

Oliver Scicluna spejga kif ilbieraħ għall-ewwel darba, persuna li jaf hu li ħadet sehem f’kompetizzjoni inklussiva tat-tlielaq tal-Go-Karts, ġiet l-ewwel post.

Aqra aktar

Jiktbulna kkonċernati dwar l-istat tal-binja

Persuna b’dizabilità kitbitilna, tiġbed l-attenzjoni dwar il-periklu kbir li temmen li jinsab fih il-bini antik minn fejn topera l-KNPD ġewwa l-Bugeia Institute f’Santa Venera. F’dan l-istess bini hemm xi Dipartimenti oħra tal-Gvern, fosthom tal-Anzjani.

Jumen ilu din il-persuna qalet li żaret dan il-bini. “Meta kont qed nipparkja l-karozza f’parkeġġ ħdejn il-bieb tal-entratura, xi ħadd ġibidli l-attenzjoni biex ma nħallix il-karozza hemmhekk għaliex kienet għadha kif waqgħet ġebla kbira mill-faċċata tal-bini”.

Żiedet tgħid li din mhix l-ewwel gebla li waqgħet xi ġebla mill-faċċata, ghaliex ftit passi ‘l bogħod hemm xi injam imdaħħal gol-art biex ma jħallux nies jgħaddu minn hemm.

“Jekk mhux se ssir xi ħaga urġenti mill-awtoritajiet, se sseħħ xi dizgrazzja, imma mbagħad ikun tard wisq” qalet din il-persuna kkonċernata.

Aqra aktar

Send this to a friend