Olimpjadi | One News

Notifiki

Il-mexxejja tal-Korea jfaħħru lil xulxin

Il-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un faħħar il-Korea t’isfel talli laqgħu il-Korea ta’ fuq fl-Olimpjadi tax-Xitwa u appella biex tibqa’ tisaħħaħ ir-rikonċiljazzjoni bejn iż-żewġ naħat.

Il-kummenti waslu wara li d-delegazzjoni uffiċjali tal-Korea ta’ fuq, immexxija minn oħt Kim, Kim Yo-jong, waslet lura miż-żjara fi Pyeongchang.

Qed ikun irrapurtat li Kim sejjaħ l-isforzi mill-Korea t’isfel bħala impressjonanti. Minkejja dan, kien hemm tħassib li l-Korea ta’ isfel ippermettiet lill-Korea ta’ fuq biex tirbaħ rebħa propogandista.

Il-Korea ta’ Fuq se tibgħat tim fil-logħob Olimpiku ta’ Pyeongchang

Il-Korea ta’ Fuq għandha tibgħat delegazzjoni għal-Logħob Olimpiku tax-Xitwa tal-2018, li se ssir fil-Korea t’Isfel fi Frar. Dan qaluh uffiċjali mill-Korea t’Isfel. It-tħabbira progressiva seħħet hekk kif il-pajjiżi ltaqgħu għall-ewwel taħditiet ta’ livell għoli wara aktar minn sentejn. Id-delegazzjoni ser tinkludi atleti, uffiċjali u kif ukoll partitarji.


Il-Korea ta’ Isfel ipproponiet ukoll laqgħat familjari matul l-Olimpjadi tax-Xitwa għal nies li sfaw isseparati minħabba l-gwerra Koreana. Din il-kwistjoni hija waħda ferm emozzjonali għaż-żewġ pajjiżi, u l-Korea t’Isfel kontinwament qed tinsisti biex isiru aktar laqgħat.


Il-laqgħat huma mistennija li jsiru matul il-vaganzi tas-Sena lunari l-Ġdida, li jiġu ċċelebrati matul il-Logħob Pyeongchang. Seoul appella wkoll għall-atleti miż-żewġ pajjiżi Koreani biex jimxu flimkien fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob Olimpiku. Għadu mhux magħruf kif il-Korea ta’ Fuq wieġbet għal dawn l-offerti. L-aħħar darba li ż-żewġ pajjiżi mxew flimkien taħt il-bandiera tal-Peniżola Koreana kien aktar minn 10 snin ilu, fl-Olimpjadi tax-Xitwa tal-2006.

Żviluppi dwar l-Olimpjadi fil-Korea ta’ Isfel

Il-Korea ta’ Fuq aċċetat li tibgħat delegazzjoni għad-diskussjonijiet dwar l-Olimpjadi fil-Korea ta’ Isfel. Il-Laqgħa li ser issir nhar it-Tlieta ser tiffoka l-iżjed fuq il-mod kif atleti mill-Korea ta’ Fuq ipparteċipaw fl-Olimpjadi magħrufa bħala tax-xitwa x-xahar li ġej.
Il-mexxej Korean – Kim Jong Un – sostna li jekk jibgħat delegazzjoni f’ dawn l-olimpjadi jkun qed juri għaqda fost il-Koreani. Il-Laqgħa mistennija ssir fil-Panmunjom fil-burdura ta’ bejn il-Korea ta’ Fuq u Isfel. Dan il-villaġġ huwa magħruf bħala l-villaġġ tal-Paċi u fis-snin passatti dejjem saru d-diskussjonijiet bejn ż-żewġ partijiet. L-ewwel fuq l-aġenda fost affarijiet oħra se jkun hemm il-logħob tal-Olimpjadi fix-Xitwa. Dawn se jkunu l-ewwel diskussjonijiet bejn il-Korea ta’ Fuq u dik t’ Isfel sa minn Diċembru tal-elfejn u ħmistax. Il-President tal-Korea ta’ Isfel Moon Jae qal li qed jara dawn l-Olimpjadi bħala l-mezz ta’ għaqda u li jteju r-relazzjonijiet bejn il-Korea ta’ Fuq u t’ Isfel – dan anke għall-fatt li huma għadhom teknikament fi gwerra.
 

Atleta Malti jingħata t-titlu ta’ SIGA Champion

L-ewwel atleta, b’diżabiltà intelletwali, li qatt ingħata t-titlu ta’ SIGA (Sport Integrity Global Alliance) Champion huwa propju atleta ta’ Special Olympics Malta fid-dixxiplina tal-atletika, Gilmour Borg. Din l-aħbar ingħatat fil-kapitali Portugiża Lisbona, nhar l-Erbgħa 26 ta’ Lulju fil-preżenza tal-istess Borg fejn intlaqgħet b’sodisfazzjon kbir. Aqra aktar

Il-mara speċjali li tieħu ħsieb atleti speċjali

Il-gazzetta Kulħadd tkellmet ma’ Ann Calleja, direttur nazzjonali ta’ Special Olympics Malta u li tant taħdem biex tfal u żgħagħ b’diżabiltà jikkompetu b’mod normali ma’ oħrajn f’diversi dixxiplini tal-isport waqt li jkollhom l-istess drittijiet. Dan bil-għan li d-diżabiltà ma tippreżenta l-ebda xkiel fl-isport.

Aqra aktar

Daqqa għat-tama ta’ Chetcuti li jirbaħ midalja fl-olimpjadi

It-tamiet ta’ Malta li fi żmien qrib ikollha midalja fl-olimpjadi ħadu daqqa ta’ ħarta. Dan hekk kif l-isport tad-Double Trap mhux se jibqa’ fil-programm tal-Olimpjadi. Dan ifisser li x’aktarx l-isportiv Malti, William Chetcuti, li ħafna drabi kien l-iktar li jersaq qrib li jirbaħ il-midalja f’dan l-isport ma jkunx qed jikkompeti.

Aqra aktar

Żgħażagħ li pajjiżna għandu jkun kburi bihom

L-hekk imsejħa Queen’s Young Leaders, li se jirrappreżentaw lill-Malta f’Londra, iltaqgħu mal-Prim Ministru Joseph Muscat. Eman Borg minn Għawdex u Vladyslava Kravchenko minn Malta ntgħażlu biex jirċievu premju prestiġjuż li jagħraf u jiċċelebra sittin żagħżugħ u żagħżugħa eċċezzjonali fi ħdan il-Commonwealth.

Huma se jingħataw premju mir-reġina f’Ġunju, iżda mhux biss. Se jingħataw taħriġ ta’ sena u opportunitajiet jitgħallmu dwar kif jistgħu jkunu mexxejja tajba fil-komunità tagħhom, bil-għan li jġibu bidla għall-aħjar.

Aqra aktar

Jinvestigaw il-ħela ta’ ikel

75 student tal-ħames sena sekondarja, ġejjin minn 25 skola differenti minn madwar Malta u Għawdex, ipparteċipaw fil-kompetizzjoni Malta Junior Science Olympiad.

L-istudenti riedu jagħmlu esperiment xjentifiku u jinvestigaw il-ħela tal-ikel f’termini bioloġiċi, kimiċi u fiżiċi. Per eżempju ltqajna ma’ studenti li kienu qed jaħdmu fuq espertiment tal-kimika biex jiskopra l-konċentrazzjoni ta’ ħall fl-ikel.

Ix-xogħol li wettqu l-istudenti se jiġi analizat, kif spjegalna Joseph Cutajar – Uffiċjal Edukattiv fi ħdan id-dipartiment tal-imaniġġjar tal-kurikulum fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni. Minn dawn l-investigazzjonijiet, l-scripts jiġu ikkoreġuti u min ġab l-ogħla marka fl-inqas ħin ikun rebbieħ.

Il-kompetizzjoni ġiet organizzata għat-tielet sena konsekuttiva u l-għan tagħha huwa li izied l-imħabba tal-istudenti lejn ix-xjenza.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo żar din l-attività fejn tkellem mal-istudenti dwar l-esperimenti li bdew janalizaw u awguralhom kull suċċess.

Aqra aktar

L-Olimpjadi u l-isport Malti

Għadhom kemm intemmu l-Olimpjadi tal-2016 li saru f’Rio. Inħobb insegwi diversi dixxiplini sportivi, speċjalment f’kompetizzjoni internazzjonali bħal dik li għadha kif intemmet f’Rio. Nammira l-isportivi kollha li daħlu f’din il-kompetizzjoni. Is-sagrifiċċju u d-determinazzjoni tagħhom għandha sservi t’ispirazzjoni għal kulħadd.

Waqt li kont qed nara atleti barranin, segwejt ukoll l-andament tal-atleti Maltin. Sfortunatament ir-riżultat kien wieħed negattiv u jkun għaqli li kieku wieħed janalizza għaliex kellna prestazzjoni diżappuntanti. Filwaqt li nifhem li l-possibilta’ li nirbħu midalja kienet remota ħafna, dan ma jfissirx li m’għandniex nevalwaw ir-riżultat li ksibna, l-istrateġiji u l-investimenti sportivi li qed nagħmlu.

Aqra aktar

Meta Prim Ministru jilbes ta’ Super Mario

L-Olimpjadi ta’ Rio ġew fi tmiemhom b’ċerimonja spettakolari ispirata mill-karnival li l-Brażil huwa magħruf għalih.

Fl-istess waqt saret il-handover uffiċjali lill-belt Ġappuniża Tokjo, li se tospita l-Olimpjadi fl-2020. Fost l-iktar mumenti speċjali, kien hemm dak meta l-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe tfaċċa liebes kostum ta’ Super Mario.

Aqra aktar

Send this to a friend