nukleari | One News

Notifiki

Jitressaq abbozz ta’ liġi li jirregola d-dożi ta’ radjazzjoni lill-ħaddiema u lill-pazjenti

L-oqsma nukleari u tar-radjazzjoni f’pajjiżna ser ikollhom għall-ewwel darba qafas regolatorju konformi mal-istandards tal-Unjoni Ewropea u tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika, dan permezz tal-Att dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Protezzjoni mir-Radjazzjoni li llejla għadda mill-istadju tat-tieni qari fil-Parlament.

L-abbozz ta’ liġi jipproponi qafas leġiżlattiv xieraq għall-użu u sikurezza tar-radjazzjoni f’pajjiżna, dan billi jikkonsolida regolamenti eżistenti u jimplimenta r-rekwiżiti tat-Trattat Euratom u d-Direttiva Basic Safety Standards, u konvenzjonijiet u protokolli internazzjonali oħra relatati mas-sigurtà radjuattiva u nukleari.

Aqra aktar

Trump lest biex jirtira mill-ftehim nukleari tal-Iran

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump mistenni jneħħi l-appoġġ li hemm fi ftehim nukleari mal-Iran, filwaqt li jiżvela strateġija iktar ibbażata fuq il-konfront.

Dan il-pass mhux se jneħħi lill-Istati Uniti mill-ftehim, iżda se jagħti lill-Kungress sittin jum biex jiddeċiedi jekk jagħmilx dan billi jimponi numru ta’ sanzjonijiet.Aqra aktar

Il-Korea ta’ Fuq twettaq is-sitt test nukleari

Il-Ministru Ġappuniż għall-Affarijiet Barranin qal li l-Korea ta’ Fuq wettqet is-sitt test nukleari tagħha.
Waqt li kien qed jagħti l-kummenti tiegħu lill-ġurnalisti, Taro Kono qal li l-Gvern Ġappuniż ikkonferma li l-Korea ta’ Fuq wettqet test nukleari l-Ħadd filgħodu, wara li kienet eżaminata l-informazzjoni mill-aġenzija tat-temp u informazzjoni oħra.
Iktar kmieni, esperti tas-sismoloġija innutaw theżżiża f’żona fejn il-Korea ta’ Fuq kien għamlet testijiet nukleari oħra.
Iċ-Ċina u l-Istati Uniti ddeskrivew it-theżżiża bħala splużjoni.

Aqra aktar

FILMAT: Il-prodott Malti f’Santa Marija

F’dawn il-jiem huma ħafna l-Maltin li qed iħejju għal btala qasira f’Għawdex għall-festi ta’ Santa Marija.

Iżda, daqstant ieħor ikunu qed jippreparaw l-Għawdxin involuti fl-agrikoltura li jieħdu l-opportunità biex juri xi provdiet l-art tagħhom fl-aħħar xhur.
Fost dawn il-produtturi tat-tadam li għalihom l-istaġun jinsab fl-aqwa tiegħu bil-fabbrika ta’ Magro Brothers tkun għaddejja erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.
Għal John Magro, li fl-aħħar mill-aħħar irid ibigħ il-prodott, hemm ukoll is-sodisfazzjoni li huma ħafna l-Maltin interessati fil-proċess.

Aqra aktar

Splużjoni f’impjant nukleari fi Franza

Splużjoni f’impjant nukleari fit-tramuntana ta’ Franza darbet numru ta’ persuni iżda m’hemm ebda riskju ta’ kontaminazzjoni.

L-isplużjoni seħħet f’kamra fejn ikun hemm il-magna fl-impjat bl-isem ta’ Flamanville.

Awtoritajiet Franċiżi ddeskrivewh bħala avveniment tekniku sinnifikanti imma ma jistax jistqies bħala inċident nukleari.

 

 

Send this to a friend