NSO – One News

Notifiki

Malta b’żieda ta’ 16% fil-ġenerazzjoni tal-enerġija mix-xemx tul l-2018

Matul is-sena l-oħra Malta ġġenerat kważi 190 GWh minn enerġija li tiġġedded li kienet tfisser żieda ta’ kważi 17% meta mqabbel mal-2017. Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li s-sena li għaddiet in-numru ta’ sistemi ta’ pannelli installati fil-Gżejjer Maltin kienu jlaħħqu l-25,000. Kważi 85% f’Malta u 15% tas-sistemi f’Għawdex u f’Kemmuna.

L-NSO qal li s-sena li għaddiet kien hemm żieda ta’ ftit anqas minn 10% fl-installazzjonijiet ta’ sistemi ta’ pannelli, bil-biċċa l-kbira tagħhom isiru fin-Nofsinhar tal-pajjiż. Joħroġ ukoll li kważi 94% tas-sistemi huma installati fuq il-bjut ta’ djar privati bil-kumplament huma installat fuq stabbilimenti kummerċjali jew binjiet pubbliċi bħal skejjel jew sptarijiet.Aqra aktar

Il-Gvern jirdoppja n-nefqa tiegħu fuq proġetti kapitali

Fl-ewwel tliet xhur tas-sena l-Gvern irdoppja n-nefqa fuq proġetti kapitali meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra. Dan joħroġ minn statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li turi li bejn Jannar u Marzu li għadda l-Gvern nefaq €106 miljun fi proġetti infrastrutturali, żieda ta’ kważi €59 miljun.

Id-dħul tal-Gvern fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena żdied bi ftit inqas minn €100 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. In-nefqa tal-Gvern żdiedet ukoll f’numru ta’ oqsma oħra fosthom fil-pensjonijiet, estensjoni tat-trasport b’xejn għall-iskejjel, trattament tal-kanċer (+€5.7 miljun), xiri ta’ materjal mediku għall-isptarijiet (+€5.1 miljun), xogħlijiet ta’ tisbieħ (+€4 miljun), child care b’xejn, benefiċċji soċjali, immaniġjar tal-iskart, skejjel tal-knisja (+€5.2 miljun) u fl-installazzjoni ta’ dwal aktar effiċjenti fit-toroq madwar pajjiżna. Aqra aktar

L-NSO jinnota tkabbir ta’ kważi 3% fil-produzzjoni industrijali f’Jannar

Ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-produzzjoni industrijali f’pajjiżna f’Jannar li għadda rat tkabbir ta’ kważi 3% meta mqabbla mal-istess xahar tas-sena l-oħra. Fost l-elementi prinċipali li wasslu għal dan it-tkabbir kien hemm żieda ta’ 39% fil-produzzjoni tal-enerġija, u żieda ta’ 4.5% f’oġġetti kapitali.

Intant, il-produzzjoni industrijali f’Jannar 2019 rat żieda ta’ 2.3%  meta mqabbla ma’ Diċembru tas-sena l-oħra.

Hawnhekk kien hemm żieda ta’ 4% fil-produzzjoni tal-enerġija, 2.4% f’oġġetti intermedjarji, u 0.6% f’oġġetti kapiatli.

Aktar minn 5.7 miljun persuna qasmu l-fliegu fl-2018

Is-sena li għaddiet il-vapuri tal-Gozo Channel żiedu b’aktar minn 7% l-għadd ta’ karozzi u passiġġieri li ġarrew bejn Malta u Għawdex bil-konsegwenza li l-kumpanija żiedet il-vjaġġi b’aktar minn 1,090 vjaġġ f’sena waħda.

Fil-fatt, ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul is-sena li għaddiet it-tliet vapuri tal-kumpanija ġarrew aktar minn 5,700,000 passiġġieri.Aqra aktar

ARA: It-tfal li jfallu l-iskola naqsu b’25%

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-assenteiżmu fis-sena skolastika 2016-2017 kien ftit aktar minn 25% inqas mis-sena skolastika 2012 u l-2013. L-NSO qal li l-assentejiżmu fl-iskejjel naqas minn 710,000 jum ta’ skola fis-sena akkademika 2012-2013, għal kważi 532,000 fis-sena skolastika li għaddiet.

Ras għal ras, il-jiem li tfal fallew l-iskola naqsu minn 15-il jum fl-2012-2013 għal 11-il jum fl-2016-2017, jiġiferi tnaqqis ta’ erbat ijiem ta’ skola.Aqra aktar

Żieda ta’ aktar minn 10% fil-wasliet tat-turisti f’Ottubru

Aktar minn 270,000 żaru pajjiżna f’Ottubru. Din tfisser żieda ta’ 10.1% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.

Dan irriżulta minn statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li wriet kif b’kollox saru 236,271 vjaġġ turistiku lejn pajjiżna għal skopijiet ta’ vaganzam filwaqt li kważi  19,000 oħra saru għal skopijiet ta’ negozju.Aqra aktar

Żieda ta’ 5.5% f’persuni li qagħdu f’postijiet ta’ akkomodazzjoni kollettiva bejn Lulju u Settembru

It-turisti li qagħdu fil-postijiet tal-akkomodazzjoni turistika bejn Lulju u Settembru li għadda żdiedu b’5.5% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.

L-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li aktar minn ħames mija u disa’ u tmenin elf turist qagħdu fil-lukandi tul dan il-perjodu u bejniethom qattgħu aktar minn 3.3 miljun lejl, jiġifieri żieda ta’ aktar minn 3%. Aqra aktar

Send this to a friend