notte bianca | One News

Notifiki

ARA: Illejla Emma Muscat u Biondo fin-Notte Bianca

Kif se topera Tal-Linja għan-Notte Bianca?

Malta Public Transport se toffri servizz speċjali waqt in-Notte Bianca ta’ din is-sena li se ssir is-Sibt li ġej.

Ir-rotot lejn il-Belt Valletta se jkunu aktar spissi minn wara l-16:30 sabiex ikunu jistgħu jaqdu l-volum ta’ passiġġieri li mistenni jkun akbar mis-soltu.Aqra aktar

Atti internazzjonali tal-aqwa livell għan-Notte Bianca 2018

L-avveniment ta’ din is-sena mistenni jiġbed l-akbar numru ta’ udjenza li qatt kellna.

Atti leġġendarji se jingħaqdu ma’ artisti internazzjonali għan-Notte Bianca ta’ din is-sena, li se joffru għażla liema bħala għal dan l-avveniment tant mistenni. Huwa mistenni li l-edizzjoni tal-2018 għandha tkun l-aħjar Notte Bianca s’issa, minħabba li din is-sena l-programm jinkludi varjetà impressjonanti ta’ atti lokali u internazzjonali li se joffru għażla eklettika ta’ kunċerti.

Aqra aktar

Aktar minn 70,000 persuna jżuru l-Belt Valletta għan-Notte Bianca

Notte Bianca – Lejl Imdawwal għal darb’oħra kienet suċċess kbir kemm fl-attendenza tan-nies kif ukoll fil-kwalità ta’ divertiment provdut. Din is-sena iktar minn 70,000 ruħ żaru l-Belt Valletta. Kull min żar l-ikbar festival Malti, mifrux minn fuq s’isfel tal-belt kapitali Maltija, kien espost għal madwar 90 attività varjata mill-oqsma kollha tal-arti fl-isfond tal-wirt arkitettoniku Belti.

Waqt żjara matul dan l-avveniment annwali, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal kemm dan hu avveniment importanti fil-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna għax joffri opportunità lill-pubbliku biex igawdi l-Belt Valletta. Il-Ministru Bonnici qal li dan kollu jkompli jibni fuq il-prijorità ta’ dan il-Gvern li nagħmlu l-kultura aktar aċċessibbli permezz ta’ wirjiet artistiċi u entraturi f’siti storiċi miftuħin għal kulħadd bla ħlas. Il-Ministru Bonnici rringrazzja lill-artisti u l-ħaddiema kollha li pparteċipaw fl-edizzjoni ta’ din is-sena u faħħar il-ħidma tagħhom li qed tkompli tgħolli l-livell tal-kultura f’pajjiżna.Aqra aktar

Grupp teatrali magħruf fid-dinja kollha se jkun fin-Notte Bianca 2017

In-Notte Bianca, il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Fondazzjoni Valletta 2018 għandhom il-pjaċir li jħabbru l-parteċipazzjoni tal-grupp teatrali Spanjol La Fura dels Baus bħala parti mill- festival ta’ din is-sena. Il-grupp teatrali magħruf d-dinja kollha se jorganizza performance workshop l-Belt, li se jsir mit-23 ta’ Settembru sas-7 ta’ Ottubru 2017, id-data tan-Notte Bianca.

Il-kollaborazzjoni qed titmexxa mid-direttur artistiku tan-Notte Bianca Valletta, Sean Buhagiar. “Dan huwa mument speċjali ħafna għalina. Hija l-akbar kisba tal-festival fejn tidħol il-kooperazzjoni internazzjonali. Kien ta’ unur għalina li La Fura juru l-interess tagħhom l- Festival għax dan juri li l-għanijiet tagħna huma konformi mal-istandards għoljin tax-xena internazzjonali,” spjega Buhagiar, id-Direttur Artistiku tan-Notte Bianca Valletta.

Aqra aktar

Il-filmati jixhdu s-suċċess tan-Notte Bianca

Is-Sibt favorit tal-Belt seħħ bi kbir din is-sena. Għalkemm it-temp seta’ beżża xi ftit lill-organizzaturi li tant ħadmu b’dedikazzjoni, il-ħdax –il edizzjoni tan-Notte Bianca reġgħet kienet suċċess. Irnexxa bis-sħiħ ukoll l-esperiment li l-avveniment ikun estiż għall-ewwel darba fil-Kottonera.

Is-suċċess tal-ħdax –il edizzjoni tan-Notte Bianca kien rifless fil-konkorrenza tas-70,000 ruħ li żaru l-belt kapitali Maltija, li offriet l-aqwa repertorji għall-kultura; bl-attività rat il-bidu tagħha billi ħadet lil dawk preżenti lura fi żmien il-Kavallieri.

Aqra aktar

Minn kollox fil-Parlament – anke int!

Tul il-lejl ta’ Notte Bianca 2016, li ser issir nhar is-Sibt l-1 ta’ Ottubru, tista’ żżur il-Kamra tad-Deputati tal-Parlament, bejn is-sitta ta’ waranofsinhar u nofsillejl.  Dawn iż-żjarat ser ikunu organizzati bi gwidi li ser jagħtu tagħrif dwar l-għanijiet ta’ din l-istituzzjoni importanti ta’ Malta, il-proċedura parlamentari, ix-xogħol tal-Kumitati tal-Kamra, u ħidmiet oħra tal-Parlament.

Science in the House

Matul din l-edizzjoni ta’ Notte Bianca, dawk kollha li jkunu qed iżuru l-bini tal-Parlament ta’ Malta jistgħu anke jżuru l-wirja ‘Science in the House’ li tifforma parti minn attività annwali akbar imsejħa Science Week in the City 2016Il-wirja turi x-xogħlijiet ta’ riċerka li qed isiru fl-università fix-xjenza, b’mod partikolari fin-neuroscience, l-informatika (ICT), l-inġinerija, ix-xjenza medika, u l-qasam soċjali.

Aqra aktar

Send this to a friend