Norbert Bondin – One News

Notifiki

Ara: Norbert Bondi jimmeravilja lill-ġurija fuq BBC ONE

Il-kantant Malti Norbert Bondin kellu wirja eccezzjonali fuq BBC ONE fejn interpreta l-kanzunetta Say Something ta’ Great big World.

L-udjenza rrispondiet b’applawsi mill-isbaħ u l-kummenti tal-ġurija fosthom tal-kantanta Geri Halliwel (ex-Spice Girls) kienu tajbin immens.

Dan huwa programm b’differenza fejn il-kantanti jagħtu l-wirja tagħhom quddiem ġurija komposta minn 100 persuna li kollha ġejjin mix-xena mużikali.

Ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/2018/02/07/malti-fuq-programm-muzikali-fuq-bbc-one/

‘Standing Ovation’ għal Malti waqt ‘Britain’s Got Talent’

Apparti l-erba’ ġurija tal-program l-udjenza wkoll arfet it-talent tal-Malti Norbert Bondin waqt l-audition tiegħu fil-programm famuż Britain’s Got Talent. Huwa kien qed jinterpreta d-diska ‘Say Something’.

Għalkemm deher eċitat ħafna fil-bidu hekk kif bdew l-ewwel noti, huwa nesa kollox u daħal f’muża lirika li ħalliet lill-ġurija b’ħalqhom miftuħa.

Aqra aktar

Send this to a friend