nisa | One News

Notifiki

L-iktar twelidiet lil nisa bejn 25 u 34 sena

Statistika tal-Unjoni Ewropea wriet kif f’pajjiżna l-iktar etajiet li fihom ommijiet jagħtu l-ħajja lil trabi ġodda huma dawk ta’ ’l fuq minn 25 sena, iżda inqas minn 35 sena. Dan fl-istess ħin li Malta xorta waħda għandha fost l-ikbar rati ta’ twelidiet lil nisa taħt l-20 sena. Fil-fatt Malta hija t-tmien pajjiż fl-Unjoni Ewropea li b’rata ta’ 4.4% mit-twelidiet kollha lill-ommijiet f’din l-età għandha rata li hi wkoll ogħla mill-medja tal-Unjoni Ewropea. Aqra aktar

Biex inkissru l-isterjotipi marbuta ma’ sehem in-nisa fis-settur Marittimu

“Irridu bidla fis-settur marittimu. Irridu nkissru l-isterjotipi marbuta ma’ dan is-settur biex verament ngħarfu l-potenzjal qawwi li għandhom in-nisa biex jikkonbtribwixxu għat-tkabbir tal-ekonomija blu”.

Qalet dan il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli fl-indirizz tagħha lil numru ta’ studenti, professjonisti, u baħħara nisa minn madwar id-dinja waqt konferenza fl-Istitut tal-Liġi Marittima fl-Università ta’ Malta. Aqra aktar

Aktar minn 80,000 mara Maltija fis-suq tax-xogħol

In-numru ta’ nisa ta’ nazzjonalità Maltija li kienu jaħdmu fuq bażi full-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom sal-aħħar ta’ Lulju 2018 (l-aħħar ċifri ppublikati) kien ta’ 80,642. Dan it-tagħrif ingħata mill-Ministru Evarist Bartolo fuq mistoqsija tad-Deputat Laburista Byron Camilleri.Aqra aktar

Waħda mill-ftit nisa li jibnu l-presepji – Catherine D’Amato

“Dan iż-żmien tal-Milied, aktar minn żmien ieħor fost is-sena, ifakkar lil bosta fit-tradizzjonijiet ta’ tfulitna. Fost l-oħrajn ifakkarna fil-purċissjoni bil-bambin u f’kemm-il vers kellna nitgħallmu biex ntellgħu l-biċċa xogħol teatrali anke jekk primittiva tagħna. Ifakkarni fil-ġulbiena li kienet tiżra’ u tħalli fid-dlam ommi. Ifakkarni fil-presepji differenti li konna ta’ kull sena nagħmlu bil-ġebel tal-gagazza jew bil-kartapesta. Illum il-purċissjoni nsegwiha biss u ma nistudja l-ebda linja, il-ġulbiena mhux dejjem ikolli ċans niżraha u l-presepju jibqa’ l-istess wieħed sena wara l-oħra.”

Aqra aktar

Send this to a friend