Nisa Laburisti | One News

Notifiki

“Il-Gvern għandu qalbu tħabbat fil-post it-tajjeb”- Nisa Laburisti dwar l-emenedi fil-liġi tal-IVF

Nisa Laburisti tilqa’ b’sodisfazzjon il-vot kompatt tal-gvern fil-Parlament ilbieraħ favur emendi għall-liġi tal-IVF li se jwasslu biex aktar familji jkollhom it-tfal.

L-Għaqda kienet ilha mill-2015 tikkampanja għall-bidla f’din il-liġi għaliex il-liġi tal-2012 ma kinitx ġusta.

Il-bidla li saret ilbieraħ se tolqot b’mod pożittiv ħafna aktar milli naħsbu  lil dawk li jinsabu għaddejjin minn diffikultajiet biex jikkonċepixxu.

Hija bidla li taħseb ukoll fil-futur għaliex se tagħti l-opportunità lil uliedna li jista’ jagħti kaz li huma wkoll jiffaċċjaw problemi ta’ infertilità f’ħajjithom bħalma jinsabu għaddejjin bħalissa koppja minn kull sitta f’pajjizna.

“L-infertilità ma tafx uċuh u lanqas sessi, ma tafx irġiel u lanqas nisa. Il-leġiżlazzjoni approvata l-bieraħ hija wahda għas-soċjetà kollha. Il-Gvern wera li Malta huwa pajjiż li jimportah. Jimpurtah mill-familji biex ikollha l-aqwa u l-ahjar trattament mediku f’pajjiżna biex ikun jista’ jkollhom l-ulied. Nisa Laburisti sodisfatta li l-bidliet saru fil-bidu ta’ din il-leġiżlatura għaliex dan juri kemm il-gvern għandu qalbu tħabbat fil-post it-tajjeb,” qalet Claudette Abela Baldacchino, il-President ta’ Nisa Laburisti.

Nisa Laburisti b’għadd ta’ proposti konkreti

Nisa Laburista temmen li għandu jkollna qorti ffokata fuq każi relatati mal-Vjolenza Domestika. Din il-proposta hija waħda minn sensiela li l-organizazzjoni għamlet tul is-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika. Din hija proposta maħsuba biex il-vittma tmur quddiem esperti li jgħarfu u jifhmu l-każ filwaqt li l-agressur jingħata l-għajnuna biex jirriforma.

Aqra aktar

Nisa Laburisti b’talba lill-Awtorità tax-Xandir

Nista’ Laburisti talbet lill-Awtorità tax-Xandir biex tfassal u timplimenta direttiva biex il-mezzi tax-xandir jaraw li l-valur tal-ugwaljanza jissaħħah u ma jkunx hemm tkasbir tan-nisa u d-drittijiet tagħhom.

F’ittra li l-President ta’ Nisa Laburisti, Claudette Abela Baldacchino, kitbet lill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir, Joanna Spiteri, intqal li każi riċenti urew iktar minn qatt qabel il-ħtieġa ta’ direttiva simili.
Aqra aktar

Nisa mħeġġa jkunu donaturi tal-organi

  • In-numru ta’ reġistraturi tal-organi qabeż il-5,000

F’Jum il-Mara, Nisa Laburisti appellat lin-nisa biex ikunu donaturi tal-organi.

Dan l-appell sar f’laqgħa li delegazzjoni mill-Eżekuttiv ta’ NL – Nisa Laburisti kellha mal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne.  Din kienet waħda mil-laqgħat li NL – Nisa Laburisti kellha tul l-aħħar jumejn u li tulhom kienu diskussi diversi temi fosthom il-pagi, l-impjiegi u l-opportunitajiet għan-nisa Maltin u Għawdxin.

Aqra aktar

“Il-Gvern qed jieħu iniżjattivi u jwettaq riformi f’kull livell biex jikkumbatti l-inugwaljanzi fis-soċjetà”

 Il-Gvern qed jieħu iniżjattivi u jwettaq riformi f’kull livell biex jikkumbatti l-inugwaljanzi li għadhom jeżistu fis-soċjetà.

Qal dan il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat f’laqgħa mal-Eżekuttiv ta’ NL- Nisa Laburisti ftit ġranet biss qabel jiġi ċċelebrat Jum il-Mara.

Mil-livell edukattiv, għal dak ekonomiku, għal dak soċjali dawn ir-riformi qed iservu ta’ pjattaforma biex in-nisa f’pajjiżna jkomplu jimxu ‘l quddiem.  Permezz ta’ dawn ir-riformi l-mara qed tkun aktar indipendenti u aktar ħielsa. Fl-istess ħin il-Gvern qed ikompli jaħdem biex jelimina l-inugwaljanzi li għadhom jeżistu.

Aqra aktar

Send this to a friend