nirien – Page 9 – One News

Notifiki

Nirien fit-Tempju sagru Tiberjan ta’ Jokhang

 

Il-Monasterju Jokhang f’Lhasa, l-iktar tempju importanti tal-Buddiżmu Tibetan, inħakem min-nirien.

Filmati li tpoġġew online urew fjammi ħeġin mis-saqaf u kif ukoll dehret pagoda li kważi inqerdet. Il-midja tal-istat Ċiniż qalet li n-nar beda tard is-Sibt u ntefa f’ħin qasir.Aqra aktar

Karozza tieħu n-nar f’Ħal Tarxien

ONE NEWS huwa nfurmat li l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin b’ħidma biex jiġu kkontrollat in-nirien li ħakmu vettura fi Triq is-Sorijiet Ħal Tarxien. Bħalissa għaddejja ukoll ħidma biex jitneħħa d-duħħan li daħal fid-djar.

Aqra aktar

Nirien li “tqabbdu apposta” fil-Portugall iħallu l-vittmi

Minn tal-inqas 31 persuna tilfu ħajjithom kawża ta’ nirien li ħakmu lill-Portugall.

Eluf ta’ pumpiera qed jaħdmu qatigħ biex jikkontrollaw in-nirien f’145 żona differenti fil-Portugall u partijiet fi Spanja.

Il-kundizzjonijiet tat-temp qed jagħmluha iżjed diffiċli biex in-nirien ikunu kkontrollati, hekk kif l-uragan Ophelia għaddej minn fuq il-kosta tal-Punent tal-Ewropa.

Investigazzjonijiet preliminari wrew li n-nirien tqabbdu apposta f’dawk li kienu deskritti bħala “atti terroristiċi”.

Il-Ministru għall-Intern qal li qed jinżammu arrestati numru ta’ persuni b’rabta mal-istess nirien, u appella lil kull min għandu xi informazzjoni biex jgħaddiha lill-Pulizija.

Il-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy wera s-solidarjetà mal-vittmi.

In-nirien isegwu oħrajn f’foresti fil-Portugall f’Ġunju li għadda li ħallew aktar minn 60 persuna bla ħajja u darrbu 130 oħra.

Send this to a friend