nirien – Page 7 – One News

Notifiki

Fire nar cpd

Nirien fl-Awtorità tad-Djar

Jidher li ħadd ma weġġa’ f’nirien li ħakmu l-Awtorità tad-Djar fi Triq Pietro Floriani fil-Furjana fl-aħħar ħin.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija u uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jagħtu l-għajnuna meħtieġa.Aqra aktar

ARA : Żewġt iklieb salvati min-nirien f’Tas Sliema

Żewġt iklieb li kienu f’bitħa ta’ dar biswit l-ispiżerija li nqerdet bin-nirien fi Triq Rudolfu f’ Tas Sliema ħelsuha ħafif wara intervent tal-Uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili u xi membri tal-Animal Welfare.

Iż-żewġt iklieb, li jidhru fil-filmat ħerġin qawwijin u sħaħ flimkien ma’ sidhom, inħarġu min-nirien wara li kienu f’bitħa ta’ binja li kienet milquta mill-istess nirien. Hu mifhum li flimkien ma’ dawn iż-żewġt iklieb inħarġu xi annimali oħra minn residenzi fil-viċin, fosthom xi qtates u pappagall li kollha ġew eżaminati mill-uffiċjali tal-Animal Welfare.

Għal iżjed dettalji dwar in-nirien li ħakmu l-ispiżerija f’ Tas Sliema segwi dan il-link:

FILMAT: Ħamsa l-isptar wara li nirien ħakmu żewġt iħwienet f’Tas-Sliema

Sitt persuni l-isptar wara nirien f’Tal-Pietà

Ftit wara l-kwarta ta’ wara nofsinhar ġie rrapurtat nirien f’uffiċċju fi Triq Alfred Craig f’Tal-Pietà.

Minnufih fuq il-post marru numru ta’ vetturi tat-tifi tan-nar li kkontrollaw in-nirien u assistew lill-vittmi l-barra minn gol-bini.

Minħabba d-dħaħen li belgħu sitt persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura neċessarja minn numru ta’ timijiet mediċi li ssejħu fuq il-post.

Send this to a friend