nirien – Page 6 – One News

Notifiki

Ara: In-nirien li ħakmu l-Magħtab dalgħodu

Ara kif l-inħawi tal-Magħtab inħakmu minn nirien kbar kmieni dalgħodu. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed iwissi biex residenti fil-viċinanzi jżommu t-twieqi magħluqa bħala prekawzjoni. Sewwieqa huma mħeġġa biex jevitaw iż-żona. Aqra aktar

ARA: Nirien kbar jaħkmu żona fil-Magħtab

Kmieni l-Ġimgħa filgħodu l-Magħtab inkesa għalkollox minn sħaba ta’ dħaħen suwed. Dan kawża ta’ nirien li tkebbsu għall-ħabta tal-erba’ ta’ filgħodu f’żona żgħira fl-impjant tal-Magħtab fejn kien qed jinħażen materjal magħruf bħala RDF qabel jiġi esportat. F’kemm trodd salib, is-smewwiet fuq il-Magħtab swiedu waqt li b’mod immedjat bdiet ħidma kbira mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jintfew in-nirien permezz ta’ vetturi tat-tifi tan-nar minn għadd ta’ stazzjonijiet.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv responsabbli mill-impjant spjega l-kawża tan-nirien fejn ġie determinat li materjal li kien qed jistenna li jiġi esportat ħa n-nar permezz ta’ spontaneous combustion. Is-Sur Montebello spjega li l-materjal kien qed jinżamm ġo ċellola fil-konfini tal-impjant tal-Magħtab sakemm inħarġu l-permessi meħtieġa sabiex ikun jista’ jiġi esportat lejn il-Portugall. Il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera qal li bl-investiment li jsir ġol-faċilità tal-Waste-to-Energy dan il-materjal se jibda jiġi ttrattat b’mod immedjat.Aqra aktar

ARA: Il-Maqluba qabdet b’konsegwenza tal-bniedem

Ħmistax wara li ż-żona protetta tal-Maqluba fil-Qrendi ġarrbet ħsarat kbar kawża ta’ nirien kbar, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi tinsab konvinta li n-nar kien konsegwenza tal-bniedem u mhux tan-natura nfisha.

In-nar tkebbes lejlet Santa Marija u ħa bosta jiem biex jintefa’ għal kollox.

L-uffiċjal fid-Direttorat għall-Konformità u l-Infurzar tal-Awtorità tal-Ambjent Stanley Gatt qal ma’ ONE NEWS li fost l-ispeċi ta’ siġar li ntlaqtu kienu s-siġar tar-rand  u l-qasab li hija speċi invażiva.

Qal li n-nar kien ikkonċentrat fiċ-ċentru tal-ħofra iżda affettwa wkoll siġar tar-Redu li qegħdin mal-irdum. B’xorti tajba, is-siġar tal-Għagħar li jinsabu f’din iż-żona ma ntlaqtux.

“Tlabna informazzjoni mal-ewwel mingħand entitajiet li kellhom informazzjoni li setgħet titfa’ dawl fuq l-akkadut b’mod partikolari l-Protezzjoni Ċivili ilhi rrespondew, kienu huma li rrespondew l-ewwel għall-inċident.”

Qal li minbarra l-investigazzjoni tal-pulizija li għad trid tistabbilixxi min kien responsabbli tan-nirien, bdiet tagħmel investigazzjoni separata biex tevalwa l-ħsara ambjentali li saret.

“S’issa l-investigazzjonijiet dejjem ikkonċentraw fuq il-possibilita’ ilhi n-nar kien konsegwenza tal-bniedem. Għalfejn qiegħed ngħid hekk? Għaliex jidher li n-nar ma kienx ikkawżat min natura, ċoe affarijiet meterjolodiġiki jew hekk.”

Fid-dawl ta’ dan, l-ERA se tkompli tagħmel l-investigazzjonijiet biex ikollha konkluzzjoni ta’ x’ġara eżatt.

“L-ERA se tkompli l-investigazzjonijiet tagħha biex ġa la darba l-konluzzjonijiet tagħna jekk huwa li jittieħdu xi passi leġali kontra xi entita ilhi kienet responsabbli għall-akkadut, dawk il-passi jittieħdu.”

 

Send this to a friend