nirien – Page 4 – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Tkompli l-ħidma biex jintfew in-nirien fir-residenza f’Ħal Luqa – tliet anzjani l-isptar

Il-Protezzjoni Ċivili għadhom għaddejjin b’ħidma sabiex jitfu n-nirien li ħakmu residenza f’Ħal Luqa li ilu għaddej mill-17:15 tal-bieraħ waranofsinhar fi Triq Wesgħet il-Vittmi tal-Gwerra. Tliet anzjani bħalissa jinsabu rikoverati l-isptar b’rabta ma’ dan il-każ.Aqra aktar

Kim Kardashian, Lady Gaga, u ċelebritajiet oħrajn sfurzati jħallu djarhom minħabba n-nirien f’Kalifornja

Bosta ċelebritajiet kienu affettwati min-nirien qattiela li ħakmu l-Istat Amerikan ta’ Kalifornja. Ħafna minnhom kellhom jevakwaw djarhom, u saħansitra wħud mid-djar tagħhom inqerdu għal kollox kawża tan-nirien.

Jidher li l-familja Kardashian hija l-aktar familja ċelebrità affettwata. Id-dar ta’ Caitlyn Jenner inqerdet għal kollox ilbieraħ, iżda hi tinsab sikura f’dar oħra. Khloè Kardashian ħalliet darha ma’ bintha, True, u qed tgħix ma’ ħuha Robert sakemm ikun sikur biżżejjed biex tirritorna lura f’darha f’Malibu. L-istess jista’ jingħad għal Kim Kardashian, Kourtney Kardashian, u l-iżgħar aħaw fil-familja, Kendall u Kylie Jenner.Aqra aktar

Appartament f’San Pawl il-Baħar jinħakem min-nirien

Ħadd ma’ weġġa’ f’nirien li żviluppaw f’appartament f’San Pawl il-Baħar it-Tnejn waranofsinhar. Għal xi ħin, persuni li jgħixu fl-appartament stkennew fil-gallarija sabiex ma jsofrux ġrieħi min-nirien.

Diversi pumpiera marru minnufih fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien.

 

Send this to a friend