nirien – Page 2 – One News

Notifiki

Akkużati li ħarqu appartament f’Buġibba

Żewġ irġiel ġew akkużati li fl-4 ta’ Ottubbru li għadda daħlu fi blokka tal-appartamenti u ħarqu appartament f’Buġibba. Fil-Qorti nstema’ kif l-irġiel, Muhammed el Muslati u Mahmoud el Dubah kienu assistiti wkoll minn persuna oħra li deher iwassalhom mid-dar tagħhom fis-Swieqi lejn Buġibba fejn eventwalment allegatament taw in-nar lill-appartament. Fil-Qorti l-irġiel kienu assistiti wkoll b’interpretu hekk kif huma ma jitkellmux il-lingwi Maltija u Ingliża. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Ħanut tax-xagħar jinħakem min-nirien f’Tas-Sliema

Ħaddiema tal-Protezzjoni ġew imsejħa sabiex jitfu nirien li ħakmu ħanut tax-xagħar fi Triq it-Torri f’Ta’ Sliema.

Mal-wasla tagħhom fuq il-post il-ħaddiema tat-tifi tan-nar niżlu u tfew in-nirien. Fuq il-post ġew imsejħa wkoll it-tekniċi tal-Enemalta li qatgħu id-dawl tat-triq kollha.

L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett tas-Sliema.

Residenza tinħakem min-nirien fl-Imtarfa

Ftit wara l-11:00 tat-Tlieta filogħdu l-Pulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili waslitilhom sejħa għall-għajnuna wara li żviluppaw nirien f’residenza privata fi Triq Antonio Ellul fl-Imtarfa. Immedjatament fuq il-post marru numru ta’ vetturi ta’ tifi tan-nar flimkien mal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit. Aqra aktar

Send this to a friend