nirien – Page 17 – One News

Notifiki

Żewġ każijiet ta’ nirien f’temp ta’ siegħa dan il-lejl

Żewġ karozzi ħadu n-nar dan il-lejl, fi spazju ta’ madwar siegħa.

Inċident minnhom seħħ fi Triq Zekka, fil-partit tat-triq li twassal għal fejn hemm it-Teatru Manoel. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu għall-għajnuna għall-ħabta tal-kwarta ta’ filgħodu. Jidher li ħadet in-nar karozza waħda, pero n-nirien infirxu għal fuq karozza oħra.

Fis-siegħa u kwart imbagħad ħadet in-nar karozza oħra fi Triq Schembri l-Ħamrun – triq prinċipali u traffikuża ħafna tul il-jum. Hawn jidher li n-nirien seħħew wara ħabta bejn erba’ karozzi. Jidher ukoll li  żewġ persuni sofrew ġrieħi ħfief.

 

Filmat: Nirien kbar fl-eks Holiday Inn

Nirien kbar huma irrapportati f’dik li kienet il-Holiday Inn fi triq Tigne.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili fejn membri tac-CPD daħlu fuq il-post sabiex jikkontrollaw in-nirien.
 
Filwaqt li minn barra n-nar jidher li ntefa, bħalissa ħiereġ ammont kbir ta’ duħħan. It-triq bħalissa tinsab magħluqa għat-traffiku.

Imnalla kien hemm fire extinguisher fil-vann stess…

Għall-ħabta tat-3:15 ta’ dalgħodu, nirien ħakmu vann fi Triq Fumicelli fl-Imsida. Il-vann Mitsubishi L300 ġarrab ħsarat fuq in-naħa ta’ quddiem tiegħu.

B’xorti tajba, xi persuni li kienu fit-triq tfew in-nirien permezz tal-fire extinguisher li kien fil-vann stess. L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar nirien, din id-darba f’Pembroke

Nirien ħakmu vettura Pegout 208 fi Triq Burma, Pembroke, għall-ħabta tal-ħdax ta’ bilejl.

Is-sid tal-karozza sema bħal splużjoni żgħira u x’ħin ħareġ mid-dar ra l-karozza taqbad. Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat Scerri Herrera.

Vann tat tip Hyundai H100 ukoll ħa n-nar matul is-sieghat bikrin ta’ dalghodu.

Vann jieħu n-nar fil-Ħamrun

Vann tat tip Hyundai H100, ħa n-nar matul is-sieghat bikrin ta’ dalghodu , għal ħabta tas-sagħjtejn fi Sqaq il Għajn, il-Ħamrun. Is sidien tieghu indunaw li hemm xi nirien ġejjien minn taħtu, u sabu landa fjuwil taqbad taħt il vann.

In-nirien kienu ikkontrolati mill-membri tal protezzjoni civili. L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejien

Karozza taqbad taħt il-mina ta’ Ħal Kirkop

Karozza ħadet in-nar taħt il-mina ta’ Ħal Kirkop.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 13:30. Ħadd ma weġġa f’dan l-inċident u n-nar ġie ikkontrollat.

It-triq hija miftuħa u l-karozzi għaddew minn lane waħda għal xi ħin.

Ritratt: MRTU

Ġlieda ta’ TLIET SIGĦAT U NOFS kontra n-nirien

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili illum issejħu Ħal Luqa fejn nirien ħakmu scrapyard.
Dawn in-nirien qawwija, viżibbli  minn diversi bliet u rħula tal-madwar, intfew wara tliet sigħat u nofs. Infatti kellhom jissejħu xejn inqas minn erba’ vetturi tat-tifi tan-nar.
B’xorti tajba ma ndarab.

Nirien f’barriera

B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ meta nirien ħakmu barriera fi Triq tal-Ibraġġ, limiti tas-Siġġiewi.

Ninsabu informati li ħadu n-nar xi dgħajjes li kien hemm fil-barriera. Fuq il-post marru l-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, sabiex jikkumattu nirien li bdew għall-ħabta tas-19:30.

Aqra aktar

Send this to a friend