nirien – Page 16 – One News

Notifiki

Tlieta salvati u surġent jiddaħħal l-isptar wara nirien f’Tas-Sliema

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija kien hemm nirien f’residenza privata fi Triq Rodolfu, Tas-Sliema.

Tliet persuni li kienu ġewwa nħarġu mir-residenza qawwijin u sħaħ.

Minn investigazzjonijiet preliminari jidher li għal xi raġuni n-nar beda minn frying pan u għalkemm kien se jaqbad jinfirex mal-għamara tal-kċina, is-Surġent irnexxielu jikkontrolla n-nirien permezz ta’ xugaman u fire extinguisher sakemm fuq il-post waslu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Aqra aktar

Nirien f’San Ġwann

Nirien li ħakmu sufan f’residenza fi Triq San Ġużepp, San Ġwann, twaqqfu f’waqthom minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

B’xorti tajba ħadd ma weġġa’, għalkemm id-duħħan qawwi li ħareġ mir-residenza qanqal ħafna domandi.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Mitfi l-interconnector bejn Malta u l-Italja bħala prekawzjoni, kawża ta’ nirien

Membri tal-protezzjoni ċivili flimkien mal-Inġiniera tal-Enemalta għaddejjien b’ħidma biex jiżguraw li jintfew nirien fil-mina tad-distribuzzjoni tal-eletrikku li tinsab bejn l-Imsida u l-Kappara.

Għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu, mar id-dawl f’Tas-Sliema u bdiet idoqq il-fire alarm fil-mina.Wara ħidma bejn il-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tal-Enemalta sabu nirien fil-mina tal-Kappara. 
In-nirien kienu 600 metru minn tarf il-mina. 

Kawża ta’ dan in-nar diversi lokalitajiet fil-madwar kienu mingħajr provista tal-eletrikku. Ħafna lokalitajiet ġew lura għan-normal wara kwarta, iżda oħrajn damu iktar, fl-interess tas-sigurtà. Lokalitajiet milquta jinkludu tas-Sliema, San Ġwann, u l-Gżira.

Il-membri tal-protezzjoni civili nqasmu f’teams u qed jinżlu wieħed wieħed biex jikkontrolaw in-nirien. Jidher li set cables tal-interconnector huma maħruqin.  Kull team fil-mina qed ikun magħmul minn żewġ ħaddiema tal-Enemalta u tliet membri tal-protezzjoni ċivili, li qed idumu fil-mina għal 35 minuta qabel jinbidel il-grupp.
Minħabba li l-interconnector huwa mitfi, inxtegħel l-gass turbine tal-powerstation tal-Marsa, u nxtelgħet il-Powerstation kollha ta’ Delimara. 
Iċ-chairman tal-Enemalta Fredrick Azzopardi qal li b’rabta ma’ dawn in-nirien, se ssir investigazzjoni u mhux ezkluża inkjesta maġisterjali.

Intant fi stqarrija, l-Korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma avżat li minħabba qtugħ fil-provista tal-elettriku, konsumaturi fil-Gżira, tas-Sliema, Pembroke, San Ġwann u fiż-żoni tal-madwar, jistgħu ikollhom pressa tal-ilma baxxa jew sospensjoni totali tal-provista tal-ilma. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma żiedet tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent li jista’ jinħoloq.

Aqra aktar

Tħassib minħabba Clayton!

Nirien li qed jinfirxu malajr sfurzaw l-evakwazzjoni ta’ madwar 82,000 f’San Bernardino County, fil-Lvant ta’ Los Angeles.

In-nar beda t-Tlieta f’passaġġ tal-muntanja u li diġa ħakem 54,000 tomna t’ art. Eluf ta’ djar jinsabu f’riskju ta’ dak imsejjaħ Bluecut fire, filwaqt li kien iddikjarat stat t’ emerġenza.

Nar ieħor, imsemmi Clayton, li beda s-Sibt fit-tramuntana ta’ Kalifornja, qered 175 dar. Kollox jindika li dan tqabbad apposta minn raġel li qabel kien ħaddiem tat-tifi tan-nar, u li issa ġie arrestat.

Aqra aktar

Nirien f’Għawdex – żewġ membri tal-Protezzjoni Ċivili l-isptar

Illum wara nofsinhar għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin għaxra, beda nar f’residenza li mhux okkupata ġewwa Triq Santa Marija, ix-Xewkija.

Waqt l-intervent mil-Protezzjoni Ċivili, tnejn mill-ħaddiema, wieħed ta’ 49 sena residenti l-Fontana u ieħor ta’ 43 sena residenti f’San Lawrenz weġġgħu waqt li kienu qed jitfu n-nar minn fuq r-residenza.

Fuq il-post issejjaħ team mediku li assista lill-vittmi fejn ittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa. Iktar tard ir-raġel ta’ 49 sena ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi filwaqt li l-vittma l-oħra sofra ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.

Aqra aktar

Nirien jeqirdu erba’ trakkijiet f’garaxx fil-Mosta

Kellhom ikunu disa’ pumpiera, żewġ uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u diversi sigħat biex intefa’ nirien f’garaxx il-Mosta fejn ħadu n-nar erba’ trakkijiet.

In-nirien kienu kbar ħafna u l-ħidma għall-membri tal-Protezzjoni Ċivili kienet diffiċli mmens hekk kif ma setgħux jidħlu fuq ġewwa tal-garaxx b’mod faċli. Il-garaxx jinsab taħt residenzi u minbarra li kważi nqerdu għal kollox erba’ vetturi kummerċjali saret ukoll ħsara strutturali sostanzjali fil-bini. Saħansitra kienu evakwati numru ta’ residenzi. Aqra aktar

Lejl jissieltu ma’ nirien f’razzett

Nirien fl-għelieqi ta’ razzett fiż-Żejtun fissru lejl sħiħ ta’ ħidma għall-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li għamlu sigħat twal jissieltu magħhom biex intfew għal kollox għal ħabta tas-sitta ta’ dalgħodu.

Jirriżulta li n-nirien ħakmu t-tiben li kienu fir-razzett fi Triq iċ-Ċawsli u minn tagħrif li ksibna kkonfermajna kif minbarra n-nies tal-protezzjoni ċvili intużaw ukoll numru ta’ bowsers privati.Aqra aktar

17 mejta: nirien fl-Ukrajna

17-il persuna mietu b’kawża ta’ nar li ħakem bini li fih kien hemm diversi anzjani f’villaġġ viċin il-kapitali Ukrena Kiev. In-nar beda fis-sigħat bikrin ta’ dalgħdu f’bini ta’ żewġ sulari.

Fil-binja kien hemm madwar 35 persuna. Il-Ministeru tal-Emerġenza qal li ġew salvati 18-il persuna, b’ħamsa minnhom ittieħdu l-isptar minħabba ħruq. L-awtoritajiet bdew investigazzjoni fuq l-inċident.

Aqra aktar

Send this to a friend