nirien – Page 14 – One News

Notifiki

BIL-FILMATI: vann jaqbad ħdejn l-Addolorata

Vann ħa n-nar quddiem iċ-ċimiterju tal-Addolorata. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija ssejħu ftit tal-ħin ilu, bis-sejħa daħlet għall-ħabta tal-10:20am.

L-ewwel indikazzjonijiet huma li ħadd ma ndarab, però din hija informazzjoni li għad trid tkun ikkonfermata.

In-nirien ikkaġunaw daħna kbira, viżibli minn diversi postijiet, saħansitra l-Belt Valletta, kif jidher fir-ritratt.

Aqra aktar

Garaxx jieħu n-nar f’Birżebbuġa

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili flimkien mal-Pulizija qed jassistu f’operazzjoni tat-tifi tan-nar f’Birżebbuġa, fiż-żona magħrufa bħala tal-Papa, hekk kif garaxx inħakem minn nirien.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Saqqu jinħakem minn nirien f’Tas-Sliema

Saqqu f’residenza f’Tas-Sliema inħakem minn nirien illum wara nofsinhar

L-inċident, li beda fil-kamra tas-sodda, seħħ għall-ħabta tal-15:44 fi triq Borg Olivier f’Tas-Sliema.

Fuq il-post marru numru ta’ Pulizija fejn ikkontrollaw in-nirien kif setgħu sakemm waslu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tfew in-nirien.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ waqt dan l-inċident.

Mijiet ta’ djar evakwati wara nirien kbar fi New Zealand

Mijiet ta’ djar fil-belt ta’ Christchurch fi New Zealand ġew evakwati wara li nirien kbar ħakmu l-periferiji tal-belt u qed jinfirxu b’ritmu mgħaġġel.

Fil-belt ġie ddikjarat stat t’emerġenza, u numru ta’ distretti fil-viċin qed jagħtu l-għajnuna tagħhom billi bgħatu numru ta’ pumpiera li qed jgħinu jikkontrollaw in-nirien.

Aqra aktar

Tigdem id sidha biex tallarmaha b’nirien li ħakmu d-dar

Kmieni l-Ħamis filgħodu, membri tat-tifi tan-nar irċivew telefonata dwar nirien li ħakmu dar f’Clairmont f’Alberta. Kienet propju l-qattusa tal-familja li allarmat lill-familja u salvathom minn nirien.

Għall-ħabta tat-3:30 ta’ filgħodu, il-qattus daħal fil-kamra tal-ġenituri u beda jigdem id sidu sakemm stenbħet. Ġara li minn hemm indunat li d-dar inħakmet minn nirien u minn hemm setgħet tallarma lill-familja  biex joħorġu mir-residenza.

Aqra aktar

Ħarqulhom l-kamra bl-annimali b’kollox

“It-tielet darba. Taw in-nar lill-kamra u magħha l-għasafar, fniek u summien li kienu fil-post.”

Hekk irrakkontat mara fuq paġna tas-sit soċjali Facebook fejn poġġiet ritratti li jixdhu l-qerda li ħallew in-nirien kif ukoll l-annimali li sfortunatament sfaw vittma.

Aqra aktar

Garaxx jinħakem minn nirien f’San Ġiljan

Garaxx u vann li kien fih inħakmu minn nirien ilbieraħ f’San Ġiljan.

In-nar ġie kkontrollat wara tliet sigħat minn tnax-il membru tal-Protezzjoni Ċivili bl-għajnuna ta’ żewġ uffiċjali tal-Pulizija.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija.

AĠĠORNAT: Anzjana kienet fid-dar li ħadet in-nar fil-Belt Valletta

15:13: Il-Pulizija kkonfermat li anzjana kienet fir-residenza tagħha, meta għal xi raġuni mhux magħrufa, ir-residenza tagħha ħadet in-nar.

Fortunatament l-anzjana ma ġarrbet l-ebda ġrieħi.

Aktar Qabel: Ħaddiema mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili issejħu fi Triq San Nikola, il-Belt Valletta, fejn nirien ħakmu residenza.

Jidher li n-nar kien ikontrollat, però aktar dettalji nwassluhom fil-ħin li ġej.

Send this to a friend