nirien – Page 13 – One News

Notifiki

Nirien kbar jaħkmu bar f’San Ġiljan

Bar fil-pjazza tat-triq ewlenija ta’ Spinola ħa n-nar kmieni dalgħodu. Ninsabu informati li n-nirien kien mifrux sew u li kien diffiċili għall-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċvili biex jikkontrollawh.

B’xort tajba ħadd ma ndarab.

Aqra aktar

Ħidma kbira li spiċċat b’wiċċ il-ġid

Nirien li ħakmu kamra tal-ħasil f’Dar tal-Anzjani f’San Pawl il-Baħar involviet lill-istazzjonijiet kollha tal-Protezzjoni Ċivili.

Għalkemm b’xorti tajba ma weġġa’ ħadd kienet sitwazzjoni xejn faċli fejn riedu jiġu evakwati għexieren ta’ anzjani. Operazzjoni li nvolviet ukoll ċerti problemi ta’ mobbiltà.

Kien għal ħabta tas-sebgħa neqsin kwart ta’ filgħaxija li madwar mitejn persuna bdew ikunu evakwati minn din id-dar, bl-anzjani jittieħdu għal xi ħin fil-Knisja tal-Qawra.

Dwar kemm kienet biċċa xogħol kumplessa One News tkelllem  Emanuel Psaila, mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Saħansitra kellhom jissejħu l-protezzjoni ċivili.

Aqra aktar

“Grazzi tal-ħidma kbira li saret” – Justyne Caruana

B’referenza għall-inċident li seħħ f’Casa San Paolo f’San Pawl il-Baħar, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana rringrazzjat il-ħidma kbira li saret, biex l-inċident li fih dar għall-anzjani inħakmet minn nirien, ma kellux konsegwenzi serji.

Is-Segretarju Parlamentari irringrazzjat lit-tmexxija u l-istaff ta’ Casa San Paolo, lill-Korp tal-Pulizija, lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, lill-Forzi Armati, lit-team mediku, lir-Red Cross, lill-Kappillan Fr Antoine Apap u l-komunità parrokkjali, kif ukoll lill-voluntieri kollha, sidien tal-ħwienet, ġirien u dawk kollha li taw l-assistenza tagħhom f’dan l-inċident.

Aqra aktar

OPERAZZJONI DIFFIĊLI: in-nirien għadhom ma ġewx kontrollati

Il-fabbrika C&V Polymers fiż-żona Industrijali ta’ Ħal Far inħakmet minn nirien fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu. Iżda minkejja li għaddew is-sigħat, il-ħaddiema tat-tifi tan-nar għadhom għaddejjin b’ħidma biex jitfu dawn in-nirien. F’din il-parti tal-fabbrika kien hemm materjal għar-riċiklaġġ. Il-ħaddiema kellhom saħansitra jużaw ir-riserva tal-ilma tal-fabbrika tal-Playmobil biex ikunu jistgħu jlaħqu man-nirien filwaqt li fuq il-post dehru numru ta’ bowsers tal-ilma biex jissupplixxu lill-fire engines.

Aqra aktar

Raġel midrub gravi…prova jitfi n-nirien li ħakmu karozza mhux tiegħu fil-Ħamrun

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li sofra minn ħruq meta pprova jitfi n-nirien li ħakmu vettura li lemaħ taqbad meta kien fuq il-post.

L-inċident seħħ kmieni dalogħodu, għall-ħabta tan-00:30 fi Triq il-Fatati, il-Ħamrun.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufiħ fuq il-post fejn sabu li kien hemm xi nirien ġewwa vettura fl-imsemmija triq.  Għaldaqstant, fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għall-assistenza.

Aqra aktar

NIRIEN bejn Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn

Karozza ħadet in-nar fi Triq Wied il-Għajn f’Ħaż-Żabbar.

Il-karozza tal-għamla Peugeot 407 qabdet għall-ħabta tas-19:30, aktarx kawża ta’ short circuit, għalkemm il-Pulizija qed tinvestiga biex tista

Ħadd ma ndarab iżda l-karozza ġarrbet ħsarat kbar.

Aqra aktar

Send this to a friend