nirien – Page 10 – One News

Nirien f’mina tad-distribuzzjoni tal-elettriku jikkawżaw qtugħ ta’ dawl f’diversi rħula

Impjegati ta’ Enemalta plc ħadmu matul il-lejl sabiex jirranġaw ħsarat estensivi wara li nirien f’waħda mill-mini tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku ikkawżaw qtugħ fil-provvista ta’ diversi klijenti f’partijiet minn San Ġiljan u nħawi fil-qrib kmieni s-Sibt filgħodu.   

L-Enemalta plc permezz ta’ stqarrija qalet li n-Network Planning and Operations Control Centre tal-Kumpanijali jopera 24 siegħa kuljumirreġistra diffikultà fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fiċ-ċentru tad-distribuzzjoni ta’ St Andrew’s f’Pembrokef’nofs il-lejl u sitta għoxrin minuta s-Sibt filgħoduIċ-ċentru tad-distribuzzjoni inqata’ mill-kumplament tas-sistemabkonsegwenza li ntfiet il-provvista tal-elettriku ta’ add ta’ klijenti f’partijiet minn San Ġiljan, Pembroke, il-Magħtab, Baħar iċĊagħaqis-Swieqi u San Ġwann.

Aqra aktar

Ħidma biex jintfew nirien fl-Imġarr

Il-mewġa ta’ sħana li qed tolqot lil pajjiżna qed tħalli l-effetti tagħha hekk kif bħalissa membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin b’ ħidma sabiex jintfew nirien li qabdu fid-Dwejra limiti tal-Imġarr Malta.

Aqra aktar

Nirien li ħakmu għalqa fil-Gudja kkontrollati fi ftit ħin

Nirien li ħakmu għalqa f’Ħal Qormi kienu kkontrollati f’temp ta’ ftit ħin.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:00 fi triq Ġużeppi Gravina f’Ħal Qormi.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.

 

AĠĠORNAT: Isofri ġrieħi gravi wara li pprova jitfi nirien li ħakmu vettura fil-Ħamrun

Raġel sofra ġrieħi gravi wara li pprova jitfu nirien li ħakmu vettura fil-Ħamrun

L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tat-8:00 fi Triq Manuel Magri, il-Ħamrun.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufiħ fuq il-post, fejn sabu li kien hemm xi nirien ġewwa vettura tal-għamla Citoren Berlingo, fl-imsemmija triq.  Għaldaqstant, fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għall-assistenza.

Aqra aktar