nirien – One News

Notifiki

Stat ta’ emerġenza f’Kalifornja

Il-Gvernatur ta’ Kalifornja, Gavin Newsom, iddikjara stat ta’ emerġenza fil-istat kollu ta’ Kalifornja. Dan hekk kif madwar 1.5 miljun persuna se jispiċċaw bla dawl minħabba ħsarat kbar fil-cables tad-dawl li wasslu għal nirien kbar u li qed jinfirxu b’rata mgħaġġla minħabba r-riħ qawwi li ħakem l-istat. Aqra aktar

Akkużati li ħarqu appartament f’Buġibba

Żewġ irġiel ġew akkużati li fl-4 ta’ Ottubbru li għadda daħlu fi blokka tal-appartamenti u ħarqu appartament f’Buġibba. Fil-Qorti nstema’ kif l-irġiel, Muhammed el Muslati u Mahmoud el Dubah kienu assistiti wkoll minn persuna oħra li deher iwassalhom mid-dar tagħhom fis-Swieqi lejn Buġibba fejn eventwalment allegatament taw in-nar lill-appartament. Fil-Qorti l-irġiel kienu assistiti wkoll b’interpretu hekk kif huma ma jitkellmux il-lingwi Maltija u Ingliża. Aqra aktar

Send this to a friend