niġerjan – One News

Notifiki

Żewġt irġiel jindarbu waqt ġlieda f’Wied il-Għajn

Żewġ Niġerjani li jgħixu Marsaskala sofrew xi ġrieħi wara li kienu nvoluti f’argument f’appartament.
Għall-ħabta tat-tmienja u nofs tal-Ġimgħa filgħaxija l-Pulizija ssejħet fi Triq id-Dolmen, f’Marsaskala fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 24 sena spiċċa f’argument ma’ Niġerjan ta’ 40 sena. Aqra aktar

Gidem id uffiċjal tant li ntuża l-pepper spray biex ikun imrażżan – Immultat €5,000 b’sentejn ħabs effettivi u deportazzjoni

Joseph Feilazoo ta’ 42 ġie kkundannat sentejn ħabs, immultat €5,000 u deportazzjoni malli jiskonta s-sentenza. Is-sentenza ingħatat mill-Maġistrat Joseph Mifsud li għalkemm fehem li l-imputat kien iffrustrat wara li kien għadu kemm skonta sentenza ta’ 10 snin u kellu jistenna perjodu ieħor qabel ikun rilaxxat, xorta waħda ma kellux jagġixxi b’dak il-mod anke meta għandu pendenzi oħra mal-qorti.

Aqra aktar

Jinżamm arrestat fuq droga

Niġerjan ta’ disgħa u erbgħin sena nżamm arrestat wara li ammetta li kien parti minn ċirku ta’ traffikar tad-droga kokajina.

Is-sentenza fil-konfront tiegħu se tingħata aktar ‘il quddiem wara li l-Maġistrat wissih dwar l-ammissjoni tiegħu.

Iżda b’rasu baxxuta fl-iżbarra, Thomas Uchenna Onyema kkonferma l-ammissjoni tiegħu.

Aqra aktar

Raġel iweġġa’ gravi wara li kien milqut minn dgħajsa

Niġerjan sofra ġrieħi gravi meta safa’ milqut minn karru ta’ dgħajsa waqt li dan kien qiegħed jinħatt ġewwa ż-Żona Industrijali, Tal-Ħandaq.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u kwart ta’ dalgħodu.

Ir-raġel, li għandu 27 sena u jirrisjedi San Pawl il-Baħar, ġie meħud l-Isptar Mater Dei bl-Ambulanza li ssejħet fuq il-post.

Il-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħal Qormi qed jinvestigaw il-każ.

 

Send this to a friend