nieqsa | One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Mia O’Connell lura d-dar

Mia O’Connell ta’ 12-il sena instabet u rritornat lura d-dar wara li kienet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija.

Hija dehret l-aħħar it-Tnejn filgħodu lejn l-iskola St. Catherine’s f’Pembroke għall-ħabta tat-0750hrs. It-tfjala għandha għajnejn blue u xagħar nokkli.

L-aħħar li kienet tider liebsa l-uniformi tal-iskola li hi ta’ kulur blue bi strixxa ħamra fil-ġenb kif ukoll kellha basket griż.

Il-Pulizija tirringrazzja lil kull min għen biex tinstab it-tfajla.

In-numru ta’ persuni nieqsa f’Kalifornja kawża tan-nirien jinżel għal 25

In-numru ta’ persuni rrappurtati nieqsa kawża tan-nirien qattiela li ħakmu l-Istat Amerikan ta’ Kalifornja, niżel għal 25. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat, u fl-eqqel ta’ dan id-diżastru naturali, in-numru ta’ persuni nieqsa kien ilaħħaq l-1,200.

L-agħar inħawi li kienu milquta min-nirien kienu dawk li jinsabu fin-naħa ta’ fuq tal-Istat, fosthom ir-raħal bl-isem Paradise.Aqra aktar

Mara ta’ 66 sena rrappurtata nieqsa

Ruth Anne Resch ta’ 66 sena ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija. Hija dehret l-aħħar ilbieraħ fl-10:30 f’Raħal Ġdid liebsa flokk roża u qalziet iswed.

Kull min għandu xi informazzjoni għandu jgħaddiha lill-Pulizija fuq in-numru 119, jew jgħaddiha fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.

 

Tfajla ta’ 14-il sena rrappurtata nieqsa

Nathea Xuereb ta’ 14-il sena għadha kif ġiet irrappurtata nieqsa mill-Pulizija. Hija dehret l-aħħar ilbieraħ, 7 ta’ Settembru fl-inħawi ta’ Santa Luċija liebsa leggings suwed u flokk iswed bil-griż bil-kelma ‘sochic’ fuqu.Aqra aktar

Żewġt aħwa jinstabu wara 30 sena nieqsa

 

Il-Pulizija f’Alberta fil-Kanada, illum qed jiċċelebraw dan minħabba li se jkunu qed jgħalqu każ ta’ żewġ persuni nieqsa, li għandu 24, sena fuq nota pożittiva.

Familjari ta’ Anna u Kym Hakzr qalu li l-aħħar li raw liż-żewġt aħwa kien f’Edmonton f’Alberta mis-snin 80. Iż-żewġ nisa ma rawx lil ommom minn dakinhar ‘l hawn iżda għamlu kuntatt magħha fl-1993. L-oħt il-kbira, Anna, li dak iż-żmien kellha 43 sena, kienet diġa tkeċċiet mill-familja u peress li hi u oħtha Kym, li kellha 29 sena, kienu inseparabbli u sparixxew flimkien.

Aqra aktar

837 rapport ta’ persuni nieqsa fl-2016 – 16 għadhom ma nstabux

Matul is-sena 2016 saru 837 rapport lill-Pulizija rigward persuni li sfaw nieqsa. Minn dawn 16-il persuna għadha nieqsa filwaqt li 821 instabu jew irritornaw waħedhom.

Minn 837 persuna, 602 kienu tas-sess femminili filwaqt li 235 kienu tas-sess maskili. Bl-akbar ammont ta’ persuni nieqsa jkunu bejn l-etajiet ta’ 15 u l-20 sena.

Aqra aktar

Il-pubbliku: L-għajnejn u l-widnejn biex jinstabu tfal irrapportati nieqsa

Meta t-tfal ikunu rrappurtati nieqsa, huwa importanti li l-Pulizija tagħmel kuntatt mal-pubbliku sabiex iġġib informazzjoni siewja. Il-Pubbliku jista’ jkun l-għajnejn u l-widnejn li jgħinu lil Pulizija jallokaw fejn ikunu tfal vulnerabbli li jkunu sfaw nieqsa u f’periklu imminenti sabiex jgħinuhom isolvu l-każ u jsibu lit-tfal malajr kemm jista’ jkun.

Aqra aktar

Send this to a friend