NGOs | One News

Notifiki

Aktar minn 100 NGO ibbenefikaw minn 624 donazzjoni mill-programm tal-IIP

Aktar minn 100 għaqda mhux governattiva f’Malta ibbenefikaw minn 624 donazzjoni minn individwi li bbenefikaw mill-programm taċ-ċittadinanza b’investiment. Dan l-ammont huwa apparti benefiċċji oħra li diversi għaqdiet mhux governattivi f’pajjiżna jingħataw mill-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali, magħmul flus li jidħlu mill-fond taċ-ċittadinanza b’investiment għall-iżvilupp ta’ pajjiżna. Aqra aktar

Iżjed protezzjoni għall-għaqdiet volontarji

Hekk kif ħierġin mill-istaġun tal-festi, staġun sostnut mill-għaqdiet volontajri, ninsabu biss pass il-bogħod milli dawn l-istess għaqdiet ikunu protetti permezz ta’ emendi fil-liġi ġodda.

L-emendi, li jinsabu fl-istadju tat-tieni qari fil-Parlament, se jwasslu biex ikun hemm iżjed trasparenza u protezzjoni għal dawn l-għaqdiet minn sfruttar għal skopijiet ta’ ħasil ta’ flus jew terroriżmu. Dawn l-emendi se jidħlu fis-seħħ paripassu ma’ emendi oħra li se jippermettu li għal ewwel darba żgħażagħ ta’ 16-il sena jistgħu jistabilixxu għaqda volontarja.Aqra aktar

€80,000 f’servizzi veterinarji b’xejn

Il-Gvern se jipprovdi servizzi veterinarji b’xejn lill-għaqdiet volontarji li huma attivi f’dan il-qasam tal-annimali. B’hekk qed titwettaq wegħda elettorali oħra, li ghaliha ġew allokati €80,000.

Waqt it-tnedija tal-miżura, is-Segretarju Parlamentari Għall-Annimali Clint Camilleri qal li li l-ħdax il-għaqda tal-annimali se jingħataw €40 għal kull kelb jew qattus, u €160 għal kull żiemel li qed jieħdu ħsieb. Dan flimkien mas-servizz tal-Isptar tal-anniamli f’Ta’ Qali għal operazzjonijiet aktar kumplessi.Aqra aktar

€50,000 għal proġetti ambjentali

Illum jiftħu l-applikazzjonijiet għal għaqdiet mhux governattivi għal fond ambjentali ta’ €50,000, bl-għan li jniedu u jaħdmu fuq proġetti biex tisaħħaħ il-konservazzjoni tal-ambjent. Dan il-fond ambjentali huwa wegħda oħra mwettqa mill-Gvern li se jkun qed jinċentiva lil dawn l-għaqdiet sabiex fost oħrajn iżiedu l-għarfien fost il-pubbliku dwar l-importanza tal-ambjent.

29 NGO jibbenefikaw minn għajnuna mill-Gvern

Għall-ewwel darba, il-Gvern se jidħol fi grant agreements ma’ għaqdiet mhux governattivi (NGOs) fil-iskema Voluntary Organizations Projects Scheme (VOPS).

B’kollox intlaqgħu 23 proġett minn 77 applikazzjoni mis-settur volontarju, u b’kollox se tkun allokati€682,330 bejn 29 għaqda mhux govenrattiva u li lkoll huma affiljati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-NGOs.

F’konferenza ta’ l-aħbarjiet intqal li l-kumplament tal-fondi se jmorru f’fond biex f’Awwissu tinħareġ sejħa li minnha jkunu jistgħu jibbbenefikaw dawk li fl-ewwel sejħa ma kkwalifikawx.

Aqra aktar

Send this to a friend