Neymar | One News

Notifiki

X’qed jgħidu dwar Neymar?

Vjaġġ minn Barcelona għal Pariġi jiswa ftit mijiet ta’ Ewro, iżda dak ta’ Neymar se jiswa miljuni kbar.

Il-plejer Brażiljan baqa’ jiddomina l-aħbarijiet internazzjonali wara li l-Franċiżi ta’ Paris St Germain qablu li għalih iħallsu mitejn, tnejn u għoxrin miljun ewro.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Neymar se jkun qed jitħallas €865,000 fil-ġimgħa

La Liga rrifjutat attentat mill-avukati tal-plejer tal-Barcelona, Neymar, biex iħallas il-klawsola ta’ €222m biex ikun jista’ jimxi ma’ tim ieħor.

Il-midja Spanjola sostniet li uffiċjali ta’ La Liga jemmnu li l-PSG qed jiksru r-regoli tal-UEFA FFP, fejn PSG qed jaħsbu li din il-kwistjoni se tkun qed iddewwem il-proċess.

Aktar qabel: Neymar se jkun qed jitħallas €865,000 fil-ġimgħa, dan meta l-Brażiljan se jkun qed jiffirma l-kuntratt li qed jissejjaħ bħala rekord biex jibda jilgħab ma’ Paris St-Germain minflok ma’ Barcelona.

Il-plejer ta’ fama internazzjoni li għandu 25 sena se jkun qed jitħallas madwar €45 miljun fis-sena, mingħajr it-taxxa mnaqqsa.

Aqra aktar

Send this to a friend