new zealand | One News

Notifiki

L-użu ta’ armi militari se jsir illegali fi New Zealand

Armi awtomatiċi ta’ kull tip, anke bħall-arma li ntużat fl-attakk terroristiku fi New Zealand jiem ilu, se jsiru illegali f’dan il-pajjiż. Il-Prim Minsitru Jacinda Ardern ħabbret dan inqas minn ġimgħa wara li 50 persuna nqatlu f’żewġ moskej mill-Awstraljan Brenton Tarrant.

Tarrant issa qed jaffaċċja akkużi ta’ qtil volontarju u li jħaddan sentimenti kontra ġens partikolari. Issa mistenni jerġa’ jidher quddiem il-Qorti ta’ New Zealand fil-5 ta’ April li ġej.

Student Malti tad-Dottorat jiġi l-Ewwel f’Kompetizzjoni Internazzjonali tal-Inġinerija

Malta ġiet l-ewwel fil-Finali Internazzjonali tal-kompetizzjoni Speak Out for Engineering (SOFE). Il-kompetizzjoni SOFE tistieden kontestanti mid-dinja kollha biex jippreżentaw il-proġetti ta’ riċerka tagħhom fl-inġinerija. Il-kompetizzjoni hija kkoordinata mill-Istituzzjoni tal-Inġiniera Mekkaniċi (IMechE), organizzazzjoni professjonali dinjija tal-inġinerija.

Is-Sur Donald Dalli ppreżenta parti mix-xogħol tiegħu tal-Ph.D li jagħti kontribut għall-proġett MALTAHIP u rrappreżenta r-Reġjun Ewropew.  Qabel il-parteċipazzjoni fil-gran final, kull parteċipant għandu l-ewwel jirbaħ il-konkors lokali tal-kompetizzjoni SOFE li jsir fil-pajjiż rispettiv. Il-parteċipant rebbieħ huwa mbagħad mistieden jikkompeti fuq livell reġjonali.  Ladarba l-parteċipant jikkwalifika mill-konkors reġjonali, il-kontestant ikun eliġibbli sabiex jipparteċipa fil-Finali Internazzjonali.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru ta’ New Zealand ħabbret li qed tistenna tarbija

Il-Prim Ministru Jacinda Ardern qalet li hi u s-sieħeb tagħha, Clarke Gayford, qed jistennew il-wild tagħhom f’Ġunju, u qalet li appena jitwieled, se tieħu waqfa ta’ sitt ġimgħat.

Il-Prim Ministru ta’ New Zealand, li għandha sebgħa u tletin sena, mistennija tkun it-tieni mexxej elett li twelled waqt li kienet fil-kariga tagħha, u l-ewwel waħda fi żmien tletin sena.

Ardern saret l-iżgħar Prim Ministru ta’ New Zealand mill-elf tmien mija sitta u ħamsin, u ffurmat koalizzjoni ċentru-xellugi f’Ottubru.

Tqajjem kjass wara li ppużat għarwiena fuq muntanja sagra

Għal bosta persuni li huma midħla sew tal-midja soċjali, żgur mhux forsi li meta jsiefru jkunu dejjem b’għajnejhom miftuħa biex jaraw fejn l-aħjar li jieħdu r-ritratt perfett.

Speċjalment jekk int mudella ta’ Playboy, b’madwar 300,000 segwaċi. Mudella bl-isem ta’ Jaylene poġġiet ritratt tagħha nnifisha għarwiena ħuta wara li telgħet fuq il-muntanja Taranaki fi New Zealand.

Iżda għalkemm ħafna mis-segwaċi tagħha ħadu gost bih, it-tribù lokali Maori ma ħadux gost hekk kif sejħu dan l-att bħala “insensittiv għall-kultura tagħna.”

Aqra aktar

Il-Parlament Skoċċiż favur referendum ieħor

Il-Parlament Skoċċiż ivvota favur li jkun hemm referendum għall-Indipendenza ieħor. Dan lejliet li r-Renju Unit se jibda l-proċess uffiċjali biex jitlaq mill-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit qalet li issa mhux iż-żmien biex ikun hemm referendum ieħor dwar dan is-suġġett. Kienet Nicola Sturgeon, il-mexxej tal-Iskozja, li proponiet is-sejħa għal referendum bid-deputati jtuha l-mandat li tgħamel dan bejn il-Ħarifa tas-sena d-dieħla u r-Rebbiegħa tas-sena ta’ wara.

Send this to a friend