New York – One News

Notifiki

L-MPO tiċċelebra l-50 sena fl-Istati Uniti

L-2018 kienet sena mimlija għall-Orkestra Filarmonika ta’ Malta hekk kif qiegħda tiċċelebra l-50 sena anniversarju, pass importanti fix-xenarju kulturali lokali. Jispikka fl-istaġun kurrenti tal-orkestra, it-Tour Internazzjonali Valletta 2018, li jimmarka l-ewwel apparenza li qatt għamlet l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta fl-Istati Uniti b’esibizzjonijiet f’Philadelphia, Washington D.C. u New York.

Aqra aktar

Mument ta’ kburija għall-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta

Mument ta’ kburija għall-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta meta din qed turi l-kapaċitajiet tagħha fi vjaġġ barra minn xtutna. Mhijiex xena komuni li ġo Times Square tara l-orkestra nazzjonali fuq screen kbir bit-titlu li l-Orkestra Maltija qed tiċċelebra l-50 anniversarju tagħha.

Aqra aktar

Tiftaħ l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda fi New York

Bit-tema Making the United Nations relevant to all people, fetħet uffiċjalment it-73 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda. Fi New York, il-mexxejja dinjin ingħaqdu flimkien għall-ewwel diskorsi fost oħrajn tas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda António Guterres u tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump.

F’kummenti lill-meżżi tax-xandir, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ta’ kull sena, din il-ġimgħa tkun importanti ħafna biex il-mexxejja jiltaqgħu bejniethom u jiddiskutu formalment u informalment dwar is-soluzzjonijiet għal sitwazzjonijiet kontroversjali.

 

Aqra aktar

Jinħeles mill-ħabs wara 27 sena ta’ akkużi foloz ta’ qtil

Artist li ilu dawn l-aħħar 27 sena l-ħabs fuq akkuża tal-qtil ta’ tfajla ta’ 17-il sena inħeles wara li d-deċiżjoni tal-Qorti inbidlet ta’ taħt fuq u iddikjaratu mhux ħati.

Il-każ seħħ fl-1991 f’New York.

Valentino Dixon, li dejjem insista li huwa ma kienx ħati, sar magħruf mad-dinja kollha wara li tul is-snin twal li qatta l-ħabs, kien jesprimi ruħu bit-tpinġija.Aqra aktar

ARA: Elrow jiġi Malta

Il-party mondjali elrow se jiddebutta hawn Malta b’avveniment f’Settembru

L-ikbar ismijiet fil-mużika elettronika se jkunu f’Uno Malta nhar il-15 ta’ Settembru.

Aqra aktar

Send this to a friend