new water | One News

Notifiki

Inawgurat it-tielet impjant tan-New Water

Il-korporazzjoni tal-ilma inawgurat it-tielet impjant f’pajjiżna li jibdel ilma mid-drenaġġ għal ilma tajjeb għall-irrigazzjoni tal-għelieqi.

Permezz ta’ dan il-proġett mal-ħames mija u ħamsa u tmenin bidwi fin-naħa t’isfel ta’ Malta se jkunu jistgħu jpoġġu fis-suq,  prodott ta’ kwalita tajba u li jiddistingwi ruħu fil-kwalita u fis sostenibiltà tal-ilma wżat. L-impjant f‘Ta’Barkat fil-limiti tax-Xgħajra mistenni jipproduċi madwar seba’ biljun litru ta’ ilma fis-sena biex jintuża mill-bdiewa tal-madwar. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Ilma bi kwalità eċċellenti għall-bdiewa fin-naħa t’isfel ta’ Malta b’investiment ta’ €22 miljun

Il-ħamsin impjegat fl-impjant għat-trattament tal-ilma f’Ta’ Barkat fix-Xgħajra – li jirċievi tmenin fil-mija tad-drenaġġ f’pajjiżna, għaddejjin bl-aħħar irtokki biex fil-ġranet li ġejjin jiġi inawgurat proġett b’investiment ta’ aktar minn tnejn u għoxrin miljun ewro.

Investiment li se jissarraf f’servizz bl-isem ta’ New Water – li jwassal ilmà ta’ kwalità eċċellenti b’livelli li jisbqu l-istandards neċesserji għand ħames mija u ħamsa u tmenin bidwi fin-naħa t’isfel ta’ Malta.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma Richard Bilocca spjega ma’ ONE News li mal-impjant primarju u sekondarju – li jsaffu l-ilma mis-solidi u mill-kimiċi biex jintrema’ l-baħar paripassu mal-istandards mitluba mil-liġijiet Ewropej, ġie installat impjant ta’ trattament terzjarju – li bih, minflok ma jintrema’ l-baħar, l-ilma se jgħaddi minn sistema ta’ filtrazzjoni ġdida bi tliet proċessi ewlenin. Hu qal li “Ultrafiltration fejn jitneħħa kull tip ta’ solidu li jkun hemm, imbagħad hemm sistema ta’ reverse osmosis biex l-ilma nneħħulu kull tip t’affarijiet li ma rridux li jkunu hemmhekk, u għandna sistema ta’ UV filtration fejn l-ilma jgħaddi minn tubu kbir fejn kwalunkwe bacteria li jkun hemm tinqatel.”Aqra aktar

Send this to a friend