negozji – Page 2 – One News

Notifiki

Stħarriġ: Kien hemm min ra 30% żieda fil-bejgħ

36% tan-negozji li pparteċipaw fi stħarriġ tal-Malta Chamber of SMEs, GRTU, raw żieda ta’ 30% fil-bejgħ tagħhom fl-2016, meta mqabbel mas-sena 2015.

Filwaqt li 36% raw li n-negozju tagħhom baqa’ bl-stess andament ta’ bejgħ meta mqabbel ma’ 2015.

B’kollox ippareteċipaw 175 negozjant.

Aqra aktar

Jitħaffu l-proċessi għan-negozji

Jonqos iż-żmien u jitħaffef il-proċess biex wieħed jiftaħ negozju f’pajjiżna.

B’effett minn dan ix-xahar, persuna tista’ twaqqaf negozju ġdid f’inqas minn erbat ijiem permezz ta’ formola waħda onlajn.

Tkellimna mas-Segretarju Permanenti Nancy Caruana u ma Marika Tonna mill-Malta Enterprise.

Aqra aktar

Skemi biex negozji Maltin jagħmlu ħoss barra minn xtutna

 

Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg ħabbar it-tnedija ta’ żewġ skemi oħra fi ħdan l-inizjattiva Business Enhance ERDF Grant Schemes.

Dr. Borg stqarr li dawn iż-żewġ skemi, l-‘SME Diversification and Innovation Grant Scheme’ b’allokazzjoni ta’ €8 miljuni u l-‘SME Internationalisation Grant Scheme’ b’allokazzjoni ta’ €2 miljuni ser ikomplu jassistu lill-intraprizi li joperaw f’setturi varji sabiex jimmassimizzaw il-potenzjal li għandom sabiex jinvestu u jikbru, jiġġeneraw l-impjiegi, kif ukoll sabiex isiru aktar kompetittivi.

Madwar 250 intrapriża micro, żgħar u medji huma mistennija jibbenefikaw minn dawn iż-żewġ skemi, stqarr Ian Borg.Aqra aktar

INVESTIMENT TA’ $100 MILJUN U 300 IMPJIEG

Waħda mill-ikbar kumpaniji fid-dinja fl-istampar tal-flus għażlet lill-pajjiżna għall-investiment li jmiss.

Dan l-investiment se jkun qiegħed isir fuq art ta’ 14,000 metru kwadru f’Ħal Far. Se jibda b’mitt miljun dollaru Amerikan u se joħloq 300 impjieg ġdid.

Il-faċilità f’Ħal Far trid tibda tkun lesta sa t-tielet kwart tas-sena d-dieħla u tibda taħdem fl-ewwel xhur tas-sena ta’ wara.

L-iffirmar li se jġib il-kumpanija Malta u li għalaq xhur ta’ negozjati bejn l-awtortitajiet Maltin u Crane Currency sar f’Boston, l-Istati Uniti fil-preżenza tal-Prim Ministru, Joseph Muscat. Fil-kwartieri tal-kumpanija, Joseph Muscat tkellem dwar kif din hija kisba importanti u sinjifikanti għax tħabbret proprju fit-tnejn u ħamsin anniversarju mill-kisba tal-Indipedenza.

Aqra aktar

Send this to a friend