negozji – One News

Notifiki

WEGĦDA: Gvern Laburista jkabbar l-irwol tan-negozji fis-soċjetà

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat f’konferenza tal-aħbarijiet spjega il-proposti tal-Partit Laburista biex in-negozju jkollu rwol akbar fis-soċjetà. Il-Prim Ministru saħaq l-importanza li l-viżjoni ta’ Gvern Laburista mhijiex biss li n-negozji jgawdu minn numru ta’ vantaġġi iżda li n-negozju jkabbar is-sehem tiegħu fis-soċjetà fosthom billi n-negozji jdaħlu aktar miżuri favur il-ħaddiema.

Is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri spjegat kif matul din il-leġiżlatura, Gvern Laburista kien pro-business bi skop dan għaliex illum in-numru ta’ ażjendi kiber b’erba’ darbiet ir-rata taħt l-amministrazzjoni preċedenti, l-investiment dirett barrani żdied b’terz, l-impjiegi żdiedu b’aktar milli żdiedu fi 15-il sena L-anqas livell ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna u d-depositi tal-familji mal-banek kibru b’41%.

Min-naħa tiegħu, l-kandidat Laburista Aaron Farrugia żied fuq dak li wettaq dan il-Gvern u qal li l-proposti mħabbra huma xhieda li dan il-Gvern aktar minn qatt qabel se jkun favur in-negozju. Sostna li Gvern laburista fl-aħħar erba’ snin assigura li l-ġid jitqassam ma’ kulħadd u li biex negozju jirnexxi jeħtieġ li tkompli ssir ħidma favur il-ħaddiema.

Għalhekk, fil-leġiżlatura li jmiss Gvern Laburista se jerġa jkun pro-business, kif juru dawn il-proposti:

Aqra aktar

Il-GRTU tilqa’ l-proposti dwar in-negozji

Il-GRTU laqgħet b’sodisfazzjon proposti mħabbra mill-Partit Laburista għas-settur tan-negizju.

Il-kap eżekuttiv tal-istess unjin, Abigail Mamo, irrimarkat li l-bidla fit-threshold biex negozji żgħar jikkwalifikaw għal eżenzjoni tat-taxxa se tistimola aktar lin-negozji.

Aqra aktar

WEGĦDA: Gvern Laburista jattira aktar negozju u investiment lejn pajjiżna

Il-Partit Laburista illum ħabbar numru ta’ wegħdi oħra li se jkunu qed jassiguraw li n-negozji li joperaw f’pajjiżna jkomplu jimxu ‘l quddiem b’ottimiżmu kif għamlu konsistentament f’dawn l-aħħar erbà snin.

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat sostna li dan il-Gvern kien bil-fatti pro-business u se jibqa’ jkun hemm ladarba jerġa’ jingħata l-fiduċja. Joseph Muscat qal li l-Partit Laburista għandu road-map ċara għan-negozju f’pajjiżna.

Min-naħa tiegħu l-Ministru Chris Cardona qal f’konferenza tal-aħbarijiet li f’dan is-settur, Gvern Laburista għandu l-kreddibilità għaliex il-viżjoni li poġġa quddiem il-poplu erbà snin ilu twettqet.

Il-Ministru Emmanuel Mallia qal li dawn il-proposti huma xhieda ta’ kemm il-Partit Laburista fil-Gvern baqa’ viċin tan-negozjanti u għalhekk qed iressaq proposti li se jkunu qed jiffaċċilitaw in-negozji f’pajjiżna.

“Jekk tkun favur in-negozju, tkun favur il-ħaddiem. L-ewwel noħolqu l-ġid u issa l-ġid se jkompli jitqassam ma’ kulħadd.”  – JM

Aqra aktar

NEGOZJU: Aktar aċċess għall-kreditu

Partit Laburista fil-Gvern se jkun jassigura li l-ħidma li diġà saret mill-Gvern fin-negozju se tkompli tindirizza punti oħra li jeħtieġ li jingħataw aktar attenzjoni. Għan-negozji, l-Partit Laburista fil-Gvern se jkun qed jassigura:

  • Aċċess għall-kreditu
  • Pagamenti mill-Gvern fil-ħin
  • Riforma fil-liġi tal-kera biex tipproteġi n-negozji
  • Treshold tal-Gvern
  • Skemi u programmi micro invest

Aqra aktar

Send this to a friend