negattiv – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Baġit li jiskadi – Adrian Delia

Hekk iddeskriva l-Baġit għas-sena 2019 il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Baġit li fi kliemu huwa mimli mizuri kosmetiċi.

Dan huwa s-seba’ baġit ta’ Gvern Laburista, huwa tieni baġit bla taxxi, u t-tielet baġit li qed jimmira għal surplus fil-finanzi pubbliċi.

Aqra aktar

ARA: Kap negattiv kontra kull proġett soċjali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia huwa kontra kull proġett soċjali li qiegħed jagħmel il-Gvern.

Intervistat fuq Radio 101, Delia għal darb’oħra reġa’ attakka lill-Gvern u lill-Prim Ministru Joseph Muscat, għad-donazzjoni ta’ ħames miljun ewro lill-Puttinu Cares mill-Fond ta’ Ċittadinanza b’Investiment.

Aqra aktar

Delia negattiv jiddeskrivi lilu nnifsu – PL

Dalgħodu Adrian Delia tkellem dwar min jaħseb li jista’ jgħamel li jrid u jaħseb li hu fuq mil-liġi, kif ukoll dwar min irid jgħamel il-flus minn fuq il-poplu Malti. Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija li għamel fejn żied jgħid li fl-ewwel kollegament tas-sena ma setax jiddeskrivi aħjar lilu nnifsu, li jaħseb li hu fuq mil-liġi għax ma ħallasx it-taxxa biex għal snin twal għamel il-flus minn fuq il-poplu Malti u Għawdxi.

”Ikun aħjar għal Adrian Delia li jirrealizza llum qabel għada li hu l-iktar wieħed li jaqbillu li ma jibqax maħkum mill-fazzjoni negattiva tal-Partit Nazzjonalista”, temm jgħid il-Partit Laburista.

Simon Busuttil negattiv għax m’għandux x’joffri

Il-Partit Nazzjonalista u Simon Busuttil qattgħu l-Ħadd filgħodu jitgħajru u jipprovaw inessu s-suċċessi tal-pajjiż filwaqt li jirrepetu gideb u jħarrfu, l-aqwa li jreġġaw lura lill-pajjiż għall-politika ta’ tgħajjir. Dan qalu fi stqarrija l-Partit Laburista.

Żied jgħid li l-pajjiż miexi fid-direzzjoni t-tajba u dan iħossuh il-Maltin u l-Għawdxin li ma jridux min iwaqqa’ lill-pajjiżu. Iżda jridu Prim Ministru li joffri bidla pożittiva kontinwa biex huma jibqgħu mexjin ‘il quddiem.

Dan jafu Busuttil li meta din il-ġimgħa mar “ibiegħ” dak li qed jgħid lil tal-ħwienet u sab persuna li qaltlu ċar u tond kemm tan-negozji serjin tajjeb b’ekonomija b’saħħitha li qed twassal biex jimpjegaw iktar nies.

Aqra aktar

L-Oppożizzjoni tkompli tbeżża’: tinqeda b’reati li m’għandhomx x’jaqsmu mal-politika

Erġajna qed inkunu  xhieda ta’ irresponsabiltà min-naħa tal-Oppożizzjoni u l-esponenti tagħha li qed ikunu negattivi u jinqdew b’inċidenti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-politika sabiex titnissel biża’ għalxejn fost il-pubbliku.

Il-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali qal li l-Oppożizzjoni qed terġa’ turi nuqqas ta’ fiduċja fil-kapaċitajiet tal-istituzzjonjiet, f’dan il-każ tal-Pulizija,  filwaqt li tipprova tnissel dubju fil-professjonalità li biha jaqdu dmirhom l-istess Pulizija.

Il-Gvern irid iserraħ ras il-poplu Malti, li l-Korp tal-Pulizija qed jagħmel ħiltu kollha u qed jieħu dawn l-investigazzjonijiet b’serjetà kbira.  Jekk l-Oppożizzjoni qed tippretendi li l-Gvern għandu jindaħal fix-xogħol tal-Korp tal-Pulizija għandu jkun assigurat li mhux se jerġa’ jiġri l-istess.

Aqra aktar

Send this to a friend