nefqa | One News

Notifiki

Il-pensjonijiet l-akbar fattur fiż-żieda fin-nefqa soċjali

Matul is-sena 2016 in-nefqa fis-sigurtà soċjali laħqet €1.6 miljun. Ftit aktar minn €70 milun aktar mis-sena ta’ qabel. L-ikbar żieda fis-sistema tas-sigurtà soċjali kienet fil-benefiċċji kontributorji, ewlenin fosthom il-pensjonijiet.

Filfatt iż-żieda fil-pensjonijiet li ta l-Gvern Laburista anki matul dik is-sena rat nefqa akbar ta’ €44 miljun fuq is-sena ta’ qabel.Aqra aktar

Il-Gvern jirdoppja n-nefqa tiegħu fuq proġetti kapitali

Fl-ewwel tliet xhur tas-sena l-Gvern irdoppja n-nefqa fuq proġetti kapitali meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra. Dan joħroġ minn statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li turi li bejn Jannar u Marzu li għadda l-Gvern nefaq €106 miljun fi proġetti infrastrutturali, żieda ta’ kważi €59 miljun.

Id-dħul tal-Gvern fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena żdied bi ftit inqas minn €100 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. In-nefqa tal-Gvern żdiedet ukoll f’numru ta’ oqsma oħra fosthom fil-pensjonijiet, estensjoni tat-trasport b’xejn għall-iskejjel, trattament tal-kanċer (+€5.7 miljun), xiri ta’ materjal mediku għall-isptarijiet (+€5.1 miljun), xogħlijiet ta’ tisbieħ (+€4 miljun), child care b’xejn, benefiċċji soċjali, immaniġjar tal-iskart, skejjel tal-knisja (+€5.2 miljun) u fl-installazzjoni ta’ dwal aktar effiċjenti fit-toroq madwar pajjiżna. Aqra aktar

Tibda titwettaq wegħda elettorali oħra

Bil-għan li tkompli tiżdied it-trasparenza fl-infiq pubbliku kif imwiegħed fil-manifest elettorali tal-Gvern, bdew jiġu ppubblikati online ir-rapporti finanzjarji tal-kunsilli lokali kollha li se jkunu aġġornati kull tliet xhur. Il-pubbliku se jkun jista’ jara l-investiment li jkun sar fil-lokalità tiegħu billi jidħol fuq is-sit elettroniku: http://www.localgovernment.gov.mt taħt is-sezzjoni ‘Local Councils’ bit-titlu tal-paġna ‘Local Councils Financial Statistics’ jew permezz tal-link: https://localgovernment.gov.mt/en/DLG/Department%20for%20Local%20Government/Pages/LC-Financial-Statistics.aspx

Fis-sit elettroniku hemm sezzjoni li tiġbor ħarsa ġenerali lejn id-dħul u l-infiq tas-sistema finanzjarja tal-kunsilli lokali kollha u sezzjoni oħra bid-dħul u bl-infiq ta’ kull lokalità.

F’kumment li ta, is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis saħaq dwar l-importanza li t-trasparenza fl-operat tal-kunsilli lokali tkompli tiżdied biex tissaħħaħ il-governanza tajba fuq livell lokali u fl-istess waqt ikunu aktar qrib iċ-ċittadin.

Nefqa ta’ €1,279,830 għall-kampanja elettorali tal-Partit Laburista

Il-kampanja elettorali tal-Partit Laburista bit-tema l-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna swiet €1,279,830.

Dan ir-rendikont ingħata fil-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista mill-Kap Eżekuttiv tal-Partit, Gino Cauchi.

Cauchi qal li filwaqt li l-Partit Laburista ħaseb li jagħmel l-aqwa kampanja elettorali bil-għan li jasal il-messaġġ, ikkunsidra li din tkun iffinanzjata mill-ġbir ta’ fondi li sar.

Fil-fatt, fl-istess ħin il-Partit Laburista daħħal €1,370,000. Bilanċ pożittiv ta’ ftit iktar minn €90,000 wara li ntemmet il-kampanja elettorali.

Għalkemm din mhijiex nefqa żgħira mhijix spiża li tirrifletti x-xogħol kollu li jkun sar u l-ispejjeż kollha li kien hemm. Dan għaliex tkun inżammet kontrollata grazzi għas-sehem ta’ mijiet ta’ volontiera li diffiċli wieħed jistma’ l-ħidma tagħhom.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista spjega kif  in-nefqa kienet inqas minn dik tal-2013, li kienet ukoll kampanja itwal. Peró l-poplu apprezza l-messaġġ tal-Partit laburista daqs dakinhar u iktar għaliex anke saħħaħ il-maġġoranza.

“Bir-rebħa tal-2013, fehmna lin-nies eżattament dak li qegħdin ngħidu. Il-messaġġ tal-Prim Ministru wasal bl-aktar mod ċar, fl-aħħar mill-aħħar, bil-vot tagħhom esprimew verdett li l-kampanja tagħna kienet waħda li għoġbithom iżjed minn dik tal-Partit Nazzjonalista. Dan hekk kif kienet ibbażata fuq il-verità, l-onestà u fuq il-viżjoni għall-futur,” temm jgħid il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Gino Cauchi. Aqra aktar

Tneħħa l-faqar kollu ta’ żmien Gonzi u Busuttil

Inqered għalkollox il-faqar li nħoloq fl-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista bil-Prim Ministru Joseph Muscat jispjega f’Kastilja li dan hu riżultat tal-miżuri li ħa l-Gvern fl-aħħar snin fejn il-prosperità ekonomika kellha skop.

Il-proporzjon ta’ nies fil-faqar naqas għal dak li kien kważi għaxar snin ilu.

Il-Prim Ministru saħaq li kieku l-Partit Laburista kabbar l-ekonomija mingħajr ma ra li l-middle class tissaħħaħ u l-persuni żvantaġġjati fis-soċjetà jimxu ’l quddiem, kien ikun fil-Gvern bla ebda skop għaliex il-ġustizzja soċjali hija punt prinċipali.

Kien għalhekk li l-Gvern, fil-bidu tal-leġiżlatura forsi deher bħala wieħed probusiness, spjega l-Prim Ministru, biex fiċ-ċokon tiegħu, pajjiżna jirnexxilu jegħleb il-mudell ta’ awsterità rakkomandat mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.

Aqra aktar

Ġew iktar, nefqu iktar

Ottubru jikkonferma kif qed tingħeleb għal kollox l-isfida tal-istaġjonalità fil-qasam turistiku.

B’żieda ta’ 9.8% fuq Ottubru tas-sena li għaddiet f’Ottubru waslu 219,484 turist li bejniethom nefqu kważi €190 miljun. Żieda ta’ 4.1% meta mqabbel mas-sena li għaddiet.

It-tagħrif tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jindika li ż-żieda mill-bidu tas-sena laħqet it-8.3%.

Send this to a friend