Nazzjonijiet Magħquda | One News

Notifiki

Stabbiliti relazzjonijiet diplomatiċi ma’ São Tomé u Príncipe

Fil-marġini tat-73 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda (UNGA) fi New York, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela u l-Minisru tal-Affarijiet, Koperazzjoni, u Komunitajiet Barranin tar-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe Urbino Botelho, iffirmaw il-protokoll li jistabbilixxi r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi. São Tomé u Príncipe kien wieħed mill-ftit pajjiżi li Malta għad m’għandhiex relazzjonijiet diplomatiċi magħhom.

Aqra aktar

Il-UN tgħid li l-Korea ta’ Fuq qed tforni lis-Sirja b’materjal kimiku għall-armamenti

Il-midja tal-Istati Uniti qed tikkwota dak li nstab minn esperti tan-Nazzjonijiet Magħquda, iġifieri li l-Korea ta’ Fuq qed tibgħat tagħmir lejn is-Sirja li jista jintuża fil-manifattura tal-armi kimiċi.

Il-materjali jinkludu madum li huwa reżistenti għall-aċtu, valve u pajpijiet. In-New York Times qalet li r-rapport li għadu mhux ippubblikat qal ukoll li l-ispeċjalisti tal-missili ta’ Pyongyang intlemħu f’faċilitajiet fejn isiru l-armi fis-Sirja.

L-allegazzjonijiet ġew wara rapporti ġodda li ntuża l-gass tal-kloru minn forsi Sirjani, bil-gvern jiċħad dan.

Tissokta l-ħerba fis-Sirja

Issokta l-ġlied fiż-żona miżmuma mir-ribelli ta’ Ghouta fis-Sirja. Dan fl-ewwel waqfa ta’ ħames sigħat ordnat mill-alleati tal-Gvern tar-Russja.

L-attivisti qalu li kien hemm attakki mill-gvern bl-ajru u tal-artillerija filwaqt li r-Russja qalet li r-ribelli għamlu mezz biex iċ-ċivili jitilqu.

Riżultat ta’ dan, ma kien hemm l-ebda għajnuna min-Nazzjonijiet Magħquda jew evakwazzjonijiet mediċi.

Mat-393,000 persuna jinsabu maqbuda qrib Damasku. Dan filwaqt li aktar minn ħames mitt persuna nqatlu minn mindu l-gvern intensifika l-bumbardamenti disat ijiem ilu.

Sadattant, Franza ħeġġet lir-Russja biex tuża l-influwenza fuq il-President Sirjan, Bashar al-Assad biex tassigura tletin jum ta’ waqfien mill-ġlied li jsegwi l-pajjiż kollu.

Nisa fis-Sirja sfruttati sesswalment

In-nisa fis-Sirja kienu sfruttati sesswalment minn irġiel li kienu qed jagħtu l-għajnuna f’isem in-Nazzjonijiet Magħquda u għaqdiet ta’ karita internazzjonali. Qed ikun irrapurtat li l-ħaddiema qalu li l-irġiel kienu qed jinnegozjaw l-ikel u liftijiet għal favuri sesswali.

Minkejja li tliet snin ilu saru twissijiet dwar l-abbuż, rapport ġdid qed juri li l-esplojtazzjoni qed tkompli fin-Nofsinhar tal-pajjiż. Min-naħa tagħhom, in-Nazzjonijiet Magħquda u l-għaqdiet ta’ karita qalu li huma kellhom tolleranza żero għall-esplojtazzjoni u ma kinux konxji ta’ każijiet ta’ abbuż minn organizazzjonijiet imsieħba fir-reġjun.

L-ikbar kriżi umanitarja mill-1945… aktar minn 20 miljun persuna jsofru l-ġuħ

Ninsabu f’punt kritiku fl-Istorja tad-Dinja hekk kif qed tkun miġġielda l-ikbar kriżi umanitarja mill-1945; tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija.

Dettalji li taw in-Nazzjonijiet Magħquda jikkonfermaw li iktar minn għoxrin miljun persuna fil-Yemen, fis-Somalja, is-Sudan, u n-Niġerja huma f’riskju li jsofru l-ġuħ, b’iktar minn miljun tifel u tifla mistennija jmutu bil-ġuħ fl-2017 biss.

Aqra aktar

Kliem ċar u determinat tal-PM Joseph Muscat lin-Nazzjonijiet Magħquda

Meta l-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza rappreżentanti tad-diversi pajjiżi fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda, osserva li l-71 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali kienet mmarkata primarjament minn laqgħa ta’ livell għoli dwar il-moviment ta’ refuġjati u immigranti. Qal li r-riżultati ta’ din il-laqgħa se jixprunaw lid-diversi pajjiżi biex jaħdmu aktar u jindirizzaw il-moviment kbir ta’ nies.Aqra aktar

Send this to a friend