nazi – One News

Notifiki

Jittieħdu passi biex tieqaf sistema ta’ qerq li fiha Malta kienet tintuża

Awtoritajiet Ġermaniżi ħadu passi biex iwaqqfu sistema ta’ qerq stramba għall-aħħar li wettqu persuni ta’ twemmin lemin-estrem taħt l-isem Reichsbürger. Permezz ta’ din is-sistema kienu jkunu mhedda uffiċjali Ġermaniżi. Kienet tinvolvi li persuni jirreġistraw multa fl-Istati Uniti u wara, jintbgħatu ittri legali minn avukati privati f’Malta permezz ta’ proċedura skont il-liġi Ewropea.

Il-Gvern Ġermaniż sab koperazzjoni sħiħa mil-awtoritajiet Maltin biex tintemm dik li spiċċat tissejjaħ “Malta scam”, li kienet qed tintuża biex ikunu iffastidjati imħallfin, awtoritajiet Ġermaniżi tal-qorti u politiċi.

Aqra aktar

Iktar joħorġu dettalji, iktar l-istorja ssir tal-waħx

Mara Ġermaniża mlaqqma “Nazi bride” tkellmet fil-Qorti u qalet li tixtieq tagħti xhieda dwar il-mewt brutali ta’ tifla ta’ disa’ snin, li kollox  jindika li nqatlet minn wieħed mill-maħbubin tagħha.

Id-DNA tal-qattiel neo-Nazzista Uwe Bönhardt instab fuq il-ġisem bla ħajja tal-aktar tifla famuża li qatt sparixxiet fil-Ġermanja. Dan wara eżamijiet forensiċi fuq it-tifla Peggy Knobloch li kellha disa’ snin. Peggy kienet irrapportata nieqsa f’Mejju 2001 u ġisimha bla ħajja nstab fit-tramuntana tal-Bavaria f’Lulju ta’ din is-sena.

Beate Zschäpe kienet tiġi l-maħbuba tas-suspettat qattiel. Għandha 41 sena u hija l-unika waħda li għadha ħajja bħala parti minn grupp li qatel xejn inqas minn għaxar negozjanti immigranti u uffiċjal tal-Pulizija fuq medda ta’ għaxar snin. F’dawn l-atti makabri kienet akkumpanjata minn żewġ maħbubin tagħha, li t-tnejn temmew ħajjitom b’idejhom wara li serqu minn bank bil-għan li jkollhom biżżejjed flus biex ikomplu b’moviment immirajt lejn it-tkeċċija ta’ immigranti ‘l barra mill-Ġermanja.

Aqra aktar

Send this to a friend