naxxar | One News

Notifiki

Isma’: Sett ta’ marċi funebri ġodda mill-Banda Peace tan-Naxxar

Il-Banda Peace dalgħodu qiegħda tniedi CD ġdida ta’ Marċi Funebri bl-isem “Osculum Proditionis” li tfisser “Il-Bewsa tat-Tradiment”. F’ din ic-CD nisimaw sett ta’ Marċi Funebri mill-isbaħ miktubin minn kompożituri lokali fosthom insibu marċi miktubin riċenti u oħrajn li nkitbu bosta snin ilu u li l-maġġornaza tagħhom nkitbu minn Surmastrijiet li kienu parti mill-istorja kbira tal-Banda Peace tan-Naxxar.

Aqra aktar

Milied Malti – In-Naxxar fl-aqwa tiegħu fil-weekend li ġej

Fil-weekend li ġej 22 u 23 ta’ Diċembru 2018 in-Naxxar se jkun qed jinbidel f’atmosfera ferrieħija għal dawn iż-żmien ta’ festi. Dan hekk kif il-Kunsill Lokali tan-Naxxar għal sena ser jorganizza l-attività tal-Milied li bdiet fl-2009 iżda bid-differenza li din is-sena se ssir fi Triq Santa Lucija; waħda mill-isbaħ toroq antiki Naxxarin.

Aqra aktar

“It-tkabbir ekonomiku niksbuh biex intejbu l-ħajja tan-nies”- il-PM

F’ġimgħa fejn l-ekonomija ta’ pajjiżna kienet ikkonfermata bħala l-iktar waħda li kibret fl-Ewropa, il-Prim Ministru Joseph Muscat fisser kif it-tkabbir ekonomiku qiegħed hemm biex il-gvern ikompli jtejjeb il-ħajja tan-nies.

F’attività politika fin-Naxxar, spjega kif dan il-gvern qed jagħmel id-differenza fil-ħajja tan-nies, u sostna kif l-iktar avveniment li laqtu din il-ġimgħa kien meta tnieda servizz ta’ respite għall-qraba tal-persuni b’diżabbiltà b’investiment ta’ miljun ewro.Aqra aktar

Send this to a friend