nas daily | One News

Notifiki

Nas Daily jagħlaq il-vjaġġ tiegħu f’pajjiżna

“That’s one minute see you tomorrow”

Din il-frażi hija popolari ma’ ħafna li kienu jsegwu l-filmat ta’ minuta li ta’ kuljum kien itella’ fuq Facebook Nusseir Yassin minn madwar id-dinja.  Madankollu, wara elf filmat u elf ġurnata l-vjaġġ ta’ Nas Daily wasal fi tmiemu. Il-vjaġġ tiegħu intemm f’pajjiżna fejn f’Dar il-Mediterran iltaqa’ ma’ bosta Maltin u persuni li ġew apposta minn madwar id-dinja sabiex jiċċelebraw miegħu tmiem dan il-vjaġġ.

Aqra aktar

Nas Daily jiċċelebra elf jum ta’ filmati minn madwar id-dinja f’Malta

L-avventura ta’ Nuseir Yassin, magħruf aħjar bħala, Nas Daily, ser tispiċċa hawn hekk kif ftit tal-ħin ilu l-vidjografu tefa’ l-1000 filmat tiegħu fuq is-sit soċjali ta’ Facebook.

Emozzjonat spjega kif għal dawn l-aħħar elf ġurnata tella’ filmat, kuljum fuq il-midja soċjali. Vidjows li ispiraw eluf b’messaġġi pożittivi, mimlijin motivazzjoni.

Aqra aktar

Nas Daily jerġa’ jagħżel lil Malta għall-elf jum tiegħu

Nas Daily li kien f’pajjiżna matul din is-sena, reġa’ għażel lil Malta biex jagħmel il-filmat ghall-elf jum tiegħu. Dan tħabbar minn sieħbu li jivvjaġġa miegħu u li huwa parti mit-tim tiegħu fuq l-instagram personali bl-isem ta’ ‘projectnightfall’.

Nas Daily jqis li Malta hija l-post ideali għal dan il-filmat.

Aqra aktar

Il-Knisja f’Malta bi tweġiba għal Nas Daily

Jekk wieħed jiftakar meta Nas Daily kien f’pajjiżna, kien għamel filmat ta’ minuta fejn qal kemm teżisti propjetà sinjura tal-knisja kemm f’Malta u anke madwar id-dinja meta wieħed jista’ jfaħħar lil Alla kullimkien u minn kull post. Nas Daily qal li ma jifhimx għaliex ma jinbiegħux dawn il-propjetajiet u l-flus jingħataw lill-fqar.

Aqra aktar

It-tfal isellmu lil Nas Daily ukoll, permezz tas-slogan ‘Oh My Malta!’

Minkejja li m’ attendiex l-attivitá organizzata mill-vlogger Nas Daily u l-Awtoritá tat-Turiżmu, li saret ilbieraħ filgħaxija fi Pjazza Tritoni, il-Ministru Owen Bonnici sellem lil Nas permezz ta’ vidjow flimkien ma’ għadd ta’ tfal li kien preżenti fosthom. Fil-vidjow it-tfal jidhru jgħidu s-slogan li ħareġ bih dan il-vlogger u li kiseb popolaritá kbira fi ftit jiem; “Oh My Malta”.

Aqra aktar

ARA: NAS DAILY FI PJAZZA TRITONI

 

 

ARA: Malta daqs tikka imma kbira daqs dinja fis-sbuħija – Nas Daily

Bosta kienu dawk li lbieraħ marru jiltaqgħu ma’ Nuseir Yassin jew kif inhu magħruf fil-filmati Nas Daily.

Iż-żagħżugħ Lhudi f’minuta jispjega s-sabiħ ta’ pajjiżna billi spiss itenni li jekk iżżur Malta bilfors tispiċċa tgħid Oh My Malta.

Ġmiel pajjiżna jixxandar mal-erbat irjieħ tad-dinja permezz tal-filmati ta’ Nas Daily li għandu mal-biljun segwaċi.

Send this to a friend