nar – Page 7 – One News

AĠĠORNAT: Isofri ġrieħi gravi wara li pprova jitfi nirien li ħakmu vettura fil-Ħamrun

Raġel sofra ġrieħi gravi wara li pprova jitfu nirien li ħakmu vettura fil-Ħamrun

L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tat-8:00 fi Triq Manuel Magri, il-Ħamrun.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufiħ fuq il-post, fejn sabu li kien hemm xi nirien ġewwa vettura tal-għamla Citoren Berlingo, fl-imsemmija triq.  Għaldaqstant, fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għall-assistenza.

Aqra aktar

NIRIEN f’parkeġġ ta’ binja b’ħafna sulari f’Tas-Sliema

Nirien ħakmu parkeġġ f’Tas-Sliema, fi Triq il-Kbira.

Dan huwa parkeġġ ta’ binja b’ħafna sulari, fejn qabel kien hemm il-Joinwell. Jirriżulta li karozza tat-tip Peugeot 206 ħadet in-nar hi u tiġi pparkjata. Il-persuna li kienet qed issuq laħqet ħarġet u ħadd ma ndarab.

36 persuna maqtula f’attakk fil-Filippini

Minn tal-inqas 36 persuna nqatlu waqt sparatura li seħħet f’casino f’kumpless ta’ lukanda fil-Filippini.

Il-maġġoranza tagħhom tilfu ħajjithom wara li fgaw kawża ta’ duħħan tossiku wara li raġel ta n-nar lill-imwejjed tal-casino.

L-aggressur, li n-nazzjonalità tiegħu għadha mhix magħrufa,  spara għadd ta’ tiri fil-casino li jinsab fil-kumpless Resorts World Manila/

Il-Pulizija kkonfermaw li aktar tard u neħħa ħajtu b’idejh.

Nirien kbar jaħkmu bar f’San Ġiljan

Bar fil-pjazza tat-triq ewlenija ta’ Spinola ħa n-nar kmieni dalgħodu. Ninsabu informati li n-nirien kien mifrux sew u li kien diffiċili għall-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċvili biex jikkontrollawh.

B’xort tajba ħadd ma ndarab.

Aqra aktar

Trakk jieħu n-nar…evitaw Triq il-Kosta direzzjoni lejn San Ġiljan

Trakk ħa n-nar fi Triq il-Kosta, f’Baħar iċ-Ċagħaq. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-14:50. It-trakk qed jinstaq fit-triq meta qabdet il-parti ta’ wara. Is-sewwieq ma weġġax. It-triq minn ħdejn Splash and Fun għal San Ġiljan tinsab magħluqa għal kollox. Sewwieqa huma mħeġġa jevitaw l-inħawi għaliex hemm ħafna traffku.

Ħajr lil Malta Diżastru Totali tar-ritratt.

Raġel midrub gravi…prova jitfi n-nirien li ħakmu karozza mhux tiegħu fil-Ħamrun

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li sofra minn ħruq meta pprova jitfi n-nirien li ħakmu vettura li lemaħ taqbad meta kien fuq il-post.

L-inċident seħħ kmieni dalogħodu, għall-ħabta tan-00:30 fi Triq il-Fatati, il-Ħamrun.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufiħ fuq il-post fejn sabu li kien hemm xi nirien ġewwa vettura fl-imsemmija triq.  Għaldaqstant, fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għall-assistenza.

Aqra aktar

GreenPak b’appell: l-inċident tal-bieraħ seta’ kellu konsegwenzi koroh…taqbdux u tarmu bl-addoċċ!

It-trakk ta’ riċiklaġġ li lbieraħ inħakem minn nirien f’Ħal Qormi kien qed jgħamel xoghol ta’ ġbir ta’ metalli separati minn Bring In Sites operati mill-GreenPak.

X’aktarx xi persuna jew persuni rresponsabbli jew b’nuqqas ta’ ħsieb tefaw kontenituru tal-metal li kien fihom materjali splussivi jew li jieħu n-nar malajr. L-ewwel indikazzjoni juru li l-materjal kien tinner.

GreenPak qed tinvestiga, b’reazzjoni għall-aħbar li ttellgħet ilbieraħ fuq One.com.mt. Wissew li l-inċident seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar koroh, speċjalment kieku t-trakk leħaq wasal fil-faċilità tar-riċiklaġġ ġewwa Sant Antnin u l-materjal ħa n-nar hemm.Aqra aktar

NIRIEN bejn Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn

Karozza ħadet in-nar fi Triq Wied il-Għajn f’Ħaż-Żabbar.

Il-karozza tal-għamla Peugeot 407 qabdet għall-ħabta tas-19:30, aktarx kawża ta’ short circuit, għalkemm il-Pulizija qed tinvestiga biex tista

Ħadd ma ndarab iżda l-karozza ġarrbet ħsarat kbar.

Aqra aktar

Send this to a friend