nar – Page 5 – One News

Notifiki

Bil-Filmat: Ħsarat kbar wara splużjoni f’residenza privata f’Ħal Qormi

Ħadd ma ndarab fi splużjoni li seħħet f’dar u li x’aktarx kienet kkawżata minn ċilindru tal-gass. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u kwart tat-Tlieta filgħaxija fi Triq Dun Ġwann Cilia f’Ħal Qormi.

Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt minn fuq il-post, jidher li għal xi raġuni seħħet splużjoni fix-xaft fejn kienu miżmuma ċ-ċilindri tal-gass. 

Kawża ta’ din l-isplużjoni li ħasdet diversi ġirien infetħu numru ta’ bibien u aperturi mis-sular ta’ fuq tar-residenza u tkebbes nar fil-garage. L-isplużjoni saħansitra qalgħet purtiera li spiċċat f’nofs it-triq.

Fost l-ewwel li waslu fuq il-post kienu l-Pulizija tar-Rapid u Special Intervention Unit li sabu kommossjoni kbira barra t-triq u evakwaw żona ta’ madwar ħamsin metru sabiex ikun evitat iżjed periklu.

Fil-frat temp waslu wkoll erba’ vetturi tat-tifi tan-nar, Fost il-pumpiera waslu wkoll membri mis-sezzjoni tal-HAZMAT li ċċekjaw id-dar għal-livelli għoljin ta’ gass li seta’ kien hemm. Il-pumpiera liebsin l-apparat kollu protettiv ikkontrollaw in-nar li laħaq ħa fis-sular t’isfel tad-dar u dehru joħorġu żewġ sufanijiet li laħqu nħakmu minn nirien.

Xhieda fuq il-post tal-inċident li tkellmu ma one.com.mt spjegaw kif sid ir-residenza kienet għand il-ġenituri tagħha x’ħin irċiviet telefonata mingħand il-ġirien li nfurmawha b’dak li kien għadu kif ġara. Viżibilment taħt xokk qawwi l-mara inagħtat l-ewwel għajnuna minn infermiera tal-emerġenza li waslet fuq il-post permezz ta’ ambulanza flimkien mat-tabib Dr Michael Spiteri.

Waqt l-operazzjoni tal-Protezzjoni Ċivili, li kienet  immexija mill-uffiċjal Anthony Pisani dehru jinħarġu wkoll żewġ ċilindri tal-gass li kienu fix-xaft b’wieħed minnhom dehrulu fuqhu marki ta’ ħruq mal-parti ta’ fuq tiegħu.

L-investigazzjoni dwar dan il-każ qed titmexxa mill-Pulizija tad-distrett ta’ Ħal-Qormi.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Daqhsekk nar u musketteriji minn fuq knejjes

Ftit biss ‘il bogħod mill-bidu tal-istaġun tal-festi, ċirkulari maħruġa mill-uffiċċju tal-Vigarju Ġenerali tal-Knisja f’Malta, l-awtoritajiet tal-Knisja qed jisħqu li hu projbit li jsir ħruq ta’ nar minn fuq il-knejjes jew minn proprjetà tal-Knisja.

Aqra aktar

BIl-FILMAT: Karozza tieħu n-nar fil-Ħamrun

Il-Pulizija qed tinvestiga karozza li ħadet in-nar bejn il-lejl tal-Erbgħa u l-Ħamis fil-Ħamrun.

Residenti fi Triq Barbara fil-Ħamrun qalu lil ONE News li l-karozza tal-għamla BMW ħadet in-nar fil-ħemda tal-lejl u kkawżat daħna kbira u inkonvenjent kbir.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li wettqu ħidma biex jikkontrollaw in-nirien.

Sorsi qrib l-investigazzjonijiet tal-Pulizija qalu li sid il-vettura joqgħod tefa’ ta’ ġebla ’l bogħod minn fejn ħadet in-nar il-karozza waqt li mhux jeskludu li fil-każ jista’ jkun hemm l-involviment ta’ terzi.

Nifhmu li dwar il-każ se tinfetaħ inkjesta maġisterjali.

Aqra aktar

ARA L-FILMAT: Żewġ karozzi jieħdu n-nar fil-Gżira.

Matul il-lejl li għadda għall-ħabta tas-1:30 ta’ filgħodu, żewġ karozzi tal-għamla Renault u Honda ħadu n-nar. L-każ seħħ fi Triq Turo Rizzo, il-Gżira

Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Puluzija u membri mit-taqsima tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nar .Huwa mifhum li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Għadu mhux mifhmum jekk in-nar tqabbadx intenzjonalment.

Fuq il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Aaron Bugeja.

Aqra aktar

ARA: Tliet karozzi jinbidlu f’ħuġġieġa nar

Tliet karozzi ħadu n-nar fi Triq Gafar f’Tas-Sliema. Il-karozzi nbidlu fi fjamma waħda fis-satra tal-lejl u għadu mhux magħruf x’ikkawża dawn in-nirien. Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili rnexxilhom jikkontrollaw in-nirien, u b’xorti tajba ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aqra aktar

Send this to a friend