nar – Page 3 – One News

Aġġornat bir-ritratti: Vann jieħu n-nar fil-Fgura

Jidher li ħadd ma weġġa’ f’nirien li ħakmu karozza pparkjata fi Triq il-Liedna, il-Fgura, il-lejl li għadda.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-01:00. Uffiċjali tat-tifi tan-nar marru mal-ewwel fuq il-post sabiex jikkontrollaw in-nirien.

Għadu mhux magħruf jekk xi djar jew karozzi oħra fil-viċin ġarrbux xi ħsarat minħabba n-nar. Il-kawża tan-nirien għadha mhux magħrufa.

Ritratti: Ivan Baldacchino 

 

Lukanda abbandunata tieħu n-nar fil-Qawra

Lukanda abbandunata fi Triq it-Tamal fil-Qawra ħadet in-nar ftit tal-ħin ilu. Fuq il-post issejħu xi membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien.

Jidher li ma kienx hemm bżonn intervent mediku fuq il-post hekk kif ma kienx hemm nies fl-inħawi.

Karozza tieħu n-nar fil-Ħamrun

Ħadd ma weġġa’ wara li ftit tal-ħin ilu qabdet karozza fi Triq Turu Lentini fil-Ħamrun.

Il-Pulizija għada qed tinvestiga dan il-każ.