NAO – Page 2 – One News

Notifiki

Titnieda strateġija mill-NAO: Intejbu l-Governanza u l-Prestazzjoni fis-Settur Pubbliku

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għadu kif nieda l-istrateġija tiegħu għall-ħames snin li ġejjin, bit-titlu ‘Intejbu l-Governanza u l-Prestazzjoni fis-Settur Pubbliku’. Dan id-dokument strateġiku ġdid ġie ppreżentat mill-Awditur Ġenerali Charles Deguara lill-Ispeaker Anġlu Farrugia waqt żjara uffiċjali fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika fil-preżenza tad-Deputat Awditur Ġenerali Noel Camilleri u l-impjegati kollha tal-NAO.Aqra aktar

Delegazzjoni mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri żżur l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika

Delegazzjoni mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (ECA) immexxija minn Leo Brincat, membru Malti ta’ din il-qorti u minn Martin Weber, Direttur – Direttorat tal-Presidenza, għamlet żjara fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) għal taħditiet uffiċjali mal-Awditur Ġenerali Charles Deguara u mal-Assistent Awditur Ġenerali responsabbli mill-Affarijiet Internazzjonali Brian Vella, dwar kif iż-żewġ entitajiet jistgħu jsaħħu aktar il-kollaborazzjoni ta’ bejniethom. Id-delegazzjoni tal-ECA kienet tinkludi wkoll lil Neil Kerr u lil Annette Farrugia, Kap u Membru tal-Kabinett rispettivament, mill-uffiċċju privat tas-Sur Brincat.Aqra aktar

Send this to a friend