nanna | One News

Notifiki

“Insajjar minn qalbi u nieħu pjaċir narahom jieklu kollha flimkien”- In-Nanna Vivie lesta biex tilqa’ lil familtha għall-ikla tal-Milied!

Bosta jgħaddu lejlet il-Milied żaqqhom mal-bank tal-kċina jlestu ikla kbira għal jum il-Milied.   Ikla li tgħaqqad bosta familji madwar l-istess mejda. Fil-kċina ta’ darha fil-Fgura, Vivie Caruana, ta’ 66 sena għaddiet nofs ta’ nhar f’lejlet il-Milied tipprepara ikla kbira sabiex tiċċelebra l-Milied flimkien ma’ żewġha, it-tlett itfal tagħhom u tmien neputijiet. Aqra aktar

Oħti bniedma li dejjem semgħet u xorta ma qalet xejn kontra n-nanna li attakkata – ħu l-Kap tal-iskola

Father Deo Debono fuq il-mezzi tal-midja soċjali wera d-dispjacir tiegħu għal dak li ġara lil oħtu; il-kap tal-iskola primarja li llum ġiet aggredita minn mara.

Spjega li nies li jisfaw aggrediti wkoll għandhom bżonn l-għajnuna u mhux biss ngħidulhom li nikkundannaw dak li sar fuqhom u daqshekk.

Hemm bżonn li jittieħdu passi kemm biex parti sserraħ rasha li m’għandhiex għalfejn tibża’ u kemm għall-parti l-oħra biex tirċievi l-għajnuna.

Hekk saħaq Father Deo fejn kompla jgħid li oħtu kienet fuq xogħolha u spjega li jafha bħala bniedma li dejjem ħabbet u anke ħafret, saħansitra ma qalet xejn kontra n-nanna li wettqet l-azzjoni fuqha iżda xtaqet tkun taf għaliex ġara hekk.

Debono spiċċa billi qal, li jkun min ikun, qatt ma għandek tgholli jdek.

Tifel ta’ tliet snin vittma – sewwieq jispara lejn nanntu għax damet fuq ‘stop sign’

Tifel ta’ tliet snin tħalla vittma wara sparatura fuq l-karozza tan-nanna tiegħu minn sewwieq ieħor. Il-każ seħħ f’Arkansas, l-Amerka. Jidher li l-aggressur irrabja wara li s-sewwieqa damet ma saqet minn fuq ‘stop sign’.

In-nanna baqgħet issuq wara l-inċident sakemm waqfet go ċentru ta’ stabilimienti minn fejn ċemplet lill-pulizija. Ma jidhirx li kien hemm relazzjoni oħra bejn iż-żewġ sewwieqa.

Aqra aktar

“Għal darb’oħra ispirata minn nanna”

“Din mhux rebħa tiegħi – dan hu t-trijonf tal-kanzunetta bil-malti!”

Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kantanta Corazon ftit tal-mumenti biss wara li rebħet l-Għanja tal-Poplu ta’ din is-sena. One News tkellem mar-rebbieħa ftit sigħat biss wara. 

Aqra aktar

Send this to a friend