nadur | One News - Part 2

Notifiki

ŻEWĠ ANZJANI MEJTA wara inċident fin-Nadur

Żewġ anzjani tiflu ħajjithom wara inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq ir-Rabat, in-Nadur Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ billejl, wara impatt minn quddiem bejn Suzuki u Peugeot Partner.

Is-Suzuki kienet misjuqa minn anzjan ta’ 68 sena residenti x-Xagħra Għawdex, li miegħu kellu mara ta’ 73 sena, wkoll tgħix ix-Xagħra. Iż-żewġ anzjani huma mir-Renju Unit. Huma ġew iċċertifikati mejta fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Il-vettura l-oħra kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 25 sena mill-Qala, li wkoll sofra ġrieħi gravi.

Inkjesta Maġisterjali qed titmexxa mill-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri. 

Karozza tinqaleb fin-Nadur

Għall-ħabta tas-13.00pm karozza nqalbet fin-Nadur, Għawdex. F’din il-karozza kien hemm mara u raġel li l-identità tagħhom għad mhux magħrufa. Persuni li kienu fuq il-post spjegaw lil one.com.mt, li l-inċident seħħ wara li karozza ħarġet minn fuq stop sign fil-ħin li kienet għaddejja karozza min-naħa tar-Rabat direzzjoni lejn in-Nadur. Kawża ta’ hekk il-karozza inqalbet.

Aqra aktar

Tal-linja b’servizz speċjali għall-Karnival tan-Nadur

Malta Public Transport ħabbret li se tkun qed topera Servizz Speċjali tat-Trasport Pubbliku biex tiffaċilità l-ivjaġġar u l-aċċessibilità ta’dawk li se jattendu l-Karnival tan-Nadur, Għawdex bejn l-24 u s-26 ta’ Frar 2017.

Il-Ġimgħa u s-Sibt se jkun operat shuttle service, bejn l-Imġarr u n-Nadur fil-ħin mas-servizz tal-vapur, bejn is-19:00 u 00:00. Il-Ġimgħa, servizzi diretti se joperaw mir-Rabat u n-Nadur bejn it-20:00 u 00:00, kull 30 minuta u s-Sibt kull kwarta. Il-Ħadd se jkun hemm servizzi oħra bejn it-20:00 u l-23:00, kull 30 minuta. Aqra aktar

Ma riedux iwaqqfu kumitat tal-finanzi

Ma riedux jafu u baqgħu jirrifjutaw li jwaqqfu kumitat tal-finanzi, għax hekk kien jaqblilhom.  Qed nitkellmu dwar l-aħwa Said fin-Nadur, u sħabhom kunsilliera Nazzjonalisti.

Tkellimna aħna stess ma kunsilliera oħra li kkonfermawlna kemm-il darba sabu oppożizzjoni meta riedu li jitwaqqaf dan il-kumitat. Ħarsa lejn il-liġi turina li n-nuqqas ta’ twaqqif ta’ dan il-kumitat tfisser ksur ta’ liġi.

Aqra aktar

Kunsill jiżvina bit-tmexxija ta’ Said

Meta l-aħwa Said kienu qed igawdu fin-Nadur u jqassmu xogħolijiet b’direct orders lil xulxin, il-Kunsill kien qed jitlef il-flus. Osservazzjonijiet ta’ kumpanija tal-awditjar indipendenti jindikaw it-tmexxija finanzjarja tal-aħwa Said waħda inkompetenti u nieqsa minn kull sens ta’ responsabilità. Dan huwa biss dettall ieħor mill-bosta li nistgħu niżvelaw dwar tal-Ganga.

Aqra aktar

Ganga style

Tal-ganga mhux gangnam style. Apparti li bejn ganga u gangnam kull m’hemm differenza emme (m), emme għal mertu, emme għal meritokrazija u emme għal sentenza li tibda b’din l-ittra li Busuttil jużaha ħafna drabi għal dawk l-erbgħa ta’ ħdejh, “m’għamel xejn ħazin”, u enne (n) forsi għal nepotiżmu, id-differenza hija li wieħed hemm fiha PSY, li l-video tiegħu rawh aktar minn 2 biljun ruħ u n-naħa l-oħra hemm tal-Ganga, l-aħwa Said, Peter Paul Said, hu Chris Said, li ħa 139 biċċa xogħol waqt li xi ħadd minn żewġ ħutu (Charles Said u Edward Said) oħra kienu qed jokkupukaw il-kariga ta’ Sindku fin-Nadur.

Għax jekk il-gangam style għal PSY hija żifna partikolari, il-Ganga stylegħal tal-Ganga fin-Nadur hija li waqt li ħuk ikun Sindku, tieħu biċċa xogħol mingħandu, u jekk mhux waħda, forsi tnejn, tlieta u forsi 139. Imma ma ġara xejn b’daqshekk.

Aqra aktar

Niżvelaw iktar dwar ta’ Said u n-Nadur

Il-139 biċċa xogħol li ħa Peter Paul Said mill-Kunsill Lokali tan-Nadur swew xejn inqas minn €117,457.54.

Peter Paul Said ħa dawn ix-xogħlijiet bejn Jannar elfejn u tlettax u April li għadda – meta l-Kunsilli Lokal tan-Nadur kien immexxi minn żewġ aħwa ħutu Charles Said u Edward Said.

Dawn kollha huma aħwa ta’ Chris Said li hu wkoll kien Sindku tan-Nadur.

Aqra aktar

Xogħol lil ħuhom… Żvelat l-aġir ta’ Said fin-Nadur

 Skeda ta’ ħlasijiet ippublikata fil-gazzetta KullĦadd u li fiha xogħolijiet mgħotija bejn Jannar 2013 u April li għadda turi li ħu Chris Said, Peter Paul Said, ħa 139 biċċa xogħol f’mument fejn il-Kunsilli Lokal tan-Nadur kien immexxi minn żewġ aħwa oħra ta’ Chris Said: Charles Said u Edward Said.Aqra aktar

Send this to a friend