nadur – One News

Notifiki

€600,000 għal tliet toroq fin-Nadur

Tlestiet l-ewwel minn tliet toroq fin-Nadur. Toroq li qed isiru b’investiment ta’ kważi €600,000 fondi tal-Unjoni Ewropea u tal-Gvern Malti.

B’iktar minn kilometru ta’ tarmak, l-ewwel triq li tlestiet kienet Triq Wied Binġemma, filwaqt li se jibda x-xogħol fuq Triq Xurdin u Triq Inżul il-Franċiżi.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja Clint Camilleri spjega kif Triq Wied Binġemma hija waħda mit-toroq rurali li huma ffinanzjati mill-Programm għall-iżvilupp Rurali.Aqra aktar

Aġġornat: Żewġ persuni gravi wara li nqalbu b’karozza fin-Nadur

Għall-ħabta tas-06:45 ta’ dalgħodu, żewġ persuni spiċċaw l-isptar wara li nqalbu bil-karozza fi Triq Xħajma fin-Nadur, limiti tax-Xewkija.

Il-Pulizija  marru  fuq  il-post,  fejn  minn  investigazzjonijiet  li  saru,  irriżulta  li  kien  seħħ  impatt  bejn vettura tat-tip Kia Ceres, misjuqa minn raġel ta’ 68 sena, residenti ż-Żebbuġ, Għawdex u vettura tat- tip Isuzu NKR, misjuqa minn raġel ta’ 43 sena, residenti San Ġiljan. Kawża tal-impatt il-vettura tat-tip Isuzu spiċċat ġo għalqa.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ sewwieqa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn iżjed tard ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Kważi 34,000 persuna żaru Għawdex għall-karnival

Minkejja li l-Karnival kien iddominat minn maltemp qawwi dan xorta waħda ma qatgħax qalb il-Maltin li kellhom jaqsmu l-fliegu sabiex jiċċelebraw il-Karnival tan-Nadur.

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-kumpanija Gozo Channel għamlet total ta’ tlett mija u tlettin vjaġġ- fejn b’kollox il-vapuri waslu lill-aktar minn tlieta u tlettin elf u disa’ mitt persuna lejn il-gżira ta’ tliet għoljiet. Bi vjaġġi addizjonali sabiex jonqos il-ħin ta’ stennija li laħqu  it-tmienja u sittin.

Aqra aktar

Appell biex ma jsirux karnivalati relatati ma’ mard

   

Tfajla tappella biex ma jsirux karnivalati relatati ma’ mard mentali permezz tal-midja soċjali.

Dan intqal wara li l-bieraħ fil-karnival spontanju tan-Nadur kien hemm vann partikolari li fuqu kien hemm kliem li jista’ weġġa’ lil xi wħud.

Il-kliem fost oħrajn kien jgħid Crazy People. Żgur li min ikun għaddej mill-esperjenza, jew min għandu nies viċin tiegħu li kellhom bżonn assistenza minħabba xi tip ta’ mard, ma ħadux gost b’dan.

Dan qed jiġri wkoll f’mument fejn suppost il-poplu kollu feraħ bil-kanuznetta rebbieħa fil-Malta Eurovision Song Contest kantata minn Christabelle bl-isem ta’ Taboo bil-għan li tinħoloq kuxjenza aħjar dwar nies li jbatu minn problemi mentali, li fl-aħħar mill-aħħar jista’ jgħaddi minnhom kulħadd.

Ara:

 

Ajruplan tal-Air Malta jispiċċa fin-Nadur

Fuq il-midja socjali tal-linja Nazzjonali Air Malta, ittella’ ritratt ta’ ajruplan li sar minn dilettanti tal-karnival fin-Nadur.

B’kumment ċajtier, il-kumpanija qalet li għandha l-kompetizzjoni u wriet apprezzament għax-xogħol artistiku.

Dan ix-xogħol sar minn grupp jismu Low Life Brother.

Il-Karnival fin-Nadur ikompli llejla.

 

Send this to a friend