mwiet – One News

Notifiki

F’Malta l-inqas li għerqu

Malta għandha t-tieni l-inqas rata ta’ nies fl-Unjoni Ewropea li għerqu b’mod aċċidentali. Qal dan l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea li wera kif f ’Malta għerqu 0.4 persuni għal kull 100,000 resident. L-istess rati baxxi rreġistrawhom l-Italja u l-Portugall. Aqra aktar

“It-tniġġis tal-arja marbut mal-mewt ta’ 600,000 tifel u tifla”

Id-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, Dr. Margaret Chan, qalet li t-tniġġis tal-arja hu “fost l-ikbar theddidiet” li d-dinja qed taffaċċja llum il-ġurnata. Hi sostniet li l-problema tant hi serja li hi ferm ikbar mill-problema tal-HIV u tal-Ebola.

Chan sostniet li l-kwalità ħażina tal-arja qed tħalli impatt ħażin b’mod partikolari fuq it-tfal u ż-żgħażagħ.

Aqra aktar

Żewġ imwiet minħabba l-AIDS din is-sena f’Malta

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar fil-Parlament li din is-sena, sas-17 ta’ Ottubru, kien hemm żewġ imwiet minħabba l-AIDS.

Huwa qal lid-deputat Parlamentari Laburista Luciano Busuttil li ż-żewġ vittmi kienu rġiel ta’ nazzjonalità barranija li l-etajiet tagħhom kienu ta’ 30 u 35 sena.

 

Mill-inqas 11-il tarbija mejta

Mill-inqas  ħdax-il tarbija mietet wara li nirien ħakmu sala tal-maternità fi sptar f’Baghdad kmieni dalgħodu. Dan ikkonfermaħ il-Ministru għas-Saħħa Iraqen.

It-trabi kienu f’sala apposta għax twieldu qabel iż-żmien, fi stpar bl-isem Yarmouk.  Huma mietu kollha b’nuqqas ta’ nifs. Rapporti preliminari qed jgħidu li n-nirien kienu ikkawżati minn problema fis-sistema tal-elettriku.

29 mara welldet il-bieraħ filgħaxija. Dawn kollha ġew trasferiti lejn sptarijiet oħra f’Baghdad.

Aktar sajjetti

Madwar 90 persuna tilfu ħajjithom f’ erba’ stati tal-Indja hekk kif Monsoon laqat il-pajjiż u ikkawża ħsara estensiva.

Is-segretarju prinċipali tal-Bihar, Vyas Ji, spjega kif is-sajjetti huma komuni matul Monsoon, iżda saħaq li matul din is-sena raw żieda sostanzjali.

Aqra aktar

Għargħar fi Franza u l-Ġermanja joqtol ħamsa

Minn tal-inqas ħames persuni mietu fil-jum tal-Erbgħa fi Franza u l-Ġermanja minħabba l-għargħar.

Gruppi tat-tfittxija fil-Ġermanja sabu l-iġsma ta’ tliet persuni li nqabdu f’dar filwaqt li mara nstabet mejta fi xmajra fil-viċin. Fiċ-ċentru ta’ Franza, mara ta’ 86 sena tilfet ħajjitha.

Għexieren ta’ bliet spiċċaw mgħarrqa u ħafna nies ġew salvati b’helikopter. Bassara tat-temp qed jgħidu li l-livelli tal-ilma mistennija jgħolew fil-jiem li ġejjin. L-għargħar huwa maħsub li kkawża ħsarat sostanzjali.

Send this to a friend