mużew | One News

Notifiki

Idħol fil-Muża fil-15 ta’ Diċembru

Nhar is-Sibt, 10 ta’ Novembru, Heritage Malta inawgurat il-ftuħ uffiċċjali tal-mużew il-ġdid tal-arti MUŻA; investiment ta’ 10 miljun ewro, ko-finanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. MUŻA huwa wkoll il-proġett prinċipali tal-Belt Valletta bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018, li se jkompli jmexxi l-quddiem il-wirt li ħalliet din l-okkażjoni unika.

Aqra aktar

Esperjenza diġitali tal-mużewijiet Maltin

Heritage Malta daħlet f’kollaborazjoni ma’ google arts and culture biex persuni jkollhom aċċess għall-wirt kulturali Malti onlajn.

Fuq google arts and culture bħalissa hemm ‘il fuq minn elf arkivju ta’ mużewijiet madwar id-dinja u issa dawk Maltin jinsabu hemm ukoll.

Aqra aktar

Ftehim biex isir Mużew tat-Trasport f’Birkirkara – l-ewwel tat-tip tiegħu f’Malta

L-Awtorità tal-Ippjanar għadha kif iffirmat ftehim mal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara fejn se tkun qed tiffinanzja parti mill-ewwel mużew għat-Trasport f’Malta. Il-mużew se jkun qed isir fil-binja fejn qabel kien hemm l-istazzjon tal-ferrovija li jinsab fi Ġnien l-IStazzjon. L-Awtorità ffirmat ukoll ftehim mal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala sabiex tiffinanzja b’mod sħiħ ir-resurfacing tal-karreġġjata fi Triq il-Qaliet. Għal dawn iż-żewġ proġetti, l-Awtorità se tkun qed tinvesti €500,000 mill-fond bl-isem, Development Planning Fund, li nħoloq riċentament.

Aqra aktar

Il-Polonja tixtri pittura ta’ da Vinci u kollezzjoni famuża għal prezz miżeru

Il-Gvern Pollakk għadu kif xtarha kollezzjoni tal-arti famuża, li tinkludi pittura rari ta’ Leonardo da Vinci, għal ftit meta kkumparat kemm verament tiswa.

Il-kollezzjoni bl-isem ta’ The Czartoryski ġie mibjugħa għal prezz miżeru ta’ €100 miljun minkejja li l-istima inizjali ta’ kemm verament kienet tiswa kienet ta’ €2 biljuni.

Aqra aktar

B’żewġ ewro żżur tliet postijiet ta’ Heritage Malta waqt Birgufest

Heritage Malta se tiftaħ il-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Mużew Marittimu u l-Forti Sant’Anġlu matul Birgufest fi tmiem il-ġimgħa. Il-preżż tad-dħul se jkun imraħħas għal żewġ ewro għat-tlieta li huma, filwaqt li tfal li għandhom inqas minn tnax-il sena jidħlu b’xejn.

Il-Palazz tal-Inkwiżitur u l-Mużew Marittimu se jiftħu sa tard, mit-08:30 sa nofsillejl.  Nhar il-Ħadd dawn iż-żewġ mużewijiet se jiftħu tul is-sigħat normali, mid-09:00 sal-17:00.

Forti Sant’Anġlu se jiftaħ nhar is-Sibt li ġej, mis-18.00 sa nofsillejl.

Nhar il-Ġimgħa filgħaxija il-Mużew Marittimu ta’ Malta se jospita grupp li se jerġa’ jqajjem l-atmosfera li ta’ bejn l-1798 u l-1800, meta l-Birgu kienet taħt okkupazzjoni Franċiża.

 

Send this to a friend