muza – One News

Notifiki

Taf min hu Victor Pasmore?

Maħsub biex iservi bħala sors ta’ ispirazzjoni fix-xena tal-arti lokali, il-mużew il-ġdid tal-arti ta’ Heritage Malta, MUŻA, qed jistieden lill-pubbliku għall-ewwel laqgħa ma’ l-Arti Moderna u Kontemporanja permezz ta’ taħdita li se ssir nhar il-Ħamis, 4 t’April, dwar il-ħajja tal-artist Victor Pasmore hawn Malta.

Aqra aktar

Skopri l-istorja tal-kollezzjoni Nazzjonali ta’ pitturi u skulturi fil-MUŻA

Nhar l-Erbgħa, 13 ta’ Marzu, Heritage Malta qed tistieden il-pubbliku għat-taħdita Stories and Histories: The genesis of the national collection of paintings and sculptures, li se ssir fil-mużew tal-arti, il-MUŻA.

Fl-2020, MUŻA u Heritage Malta se jkunu qed jiċċelebraw il-100 anniversarju mit-twaqqif tal-Berġja tal-Italja bħala s-sede ta’ dak li kien magħruf bħala l-Valletta Museum, u l-fondazzjoni tas-sezzjoni tal-arti li llum hija l-MUŻA, li issa ġiet relokata mill-ġdid għal-post fejn ngħatat il-ħajja. Infatti, fi Frar tal-1920 il-proposta biex il-Berġja tal-Italja tiġi trasformata f’mużew tqieset bħala l-aħjar lwog fejn Vincenzo Bonello, il-fundatur tal-kollezzjoni li llum tifforma l-MUŻA, seta’ jiġbor flimkien it-teżori nazzjonali.Aqra aktar

Idħol fil-Muża fil-15 ta’ Diċembru

Nhar is-Sibt, 10 ta’ Novembru, Heritage Malta inawgurat il-ftuħ uffiċċjali tal-mużew il-ġdid tal-arti MUŻA; investiment ta’ 10 miljun ewro, ko-finanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. MUŻA huwa wkoll il-proġett prinċipali tal-Belt Valletta bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018, li se jkompli jmexxi l-quddiem il-wirt li ħalliet din l-okkażjoni unika.

Aqra aktar

Filmat: Għalfejn jismu MUŻA?

Jiem biss wara li ġie inawgurat mill-Prim Ministru u l-Ministru għall-Kultura, il-MUŻA jinsab fuq fomm kulħadd mhux biss minħabba l-istennija kbira li kien hemm għalih, iżda anke minħabba l-isem li ngħata.Aqra aktar

Send this to a friend