mutur – Page 7 – One News

Notifiki

Mara bi ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur fir-Rabat

Għall-ħabta tas-13.15,  seħħ inċident stradali fi Triq Ta’ Tlampa, ir-Rabat.

Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru rriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Peugeot Tweet misjuq minn raġel Franċiż ta’ 55 sena u Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 48 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Aqra aktar

Inċident bil-mutur f’Bormla

Sewwieq ta’ mutur sofra grieħi ħfief wara inċident f’Bormla. Dan seħħ għall-ħabta tal-għaxra dalgħodu fi Triq San Ġwann t’Għuxa, meta kien hemm impatt bejn mutur Honda misjuq minn ragel ta’ 51 sena mill-Birgu u karozza Subaru Impreza misjuqa minn raġel ta’ 35 sena mill-Belt Valletta.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura iżda sofra biss griehi ħfief filwaqt li s-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda grieħi.

Raġel miż-Żurrieq iweġġa’ bil-mutur

Illum għall-ħabta tal-erbgħa u nofs seħħ inċident fi Triq il-Karwija, Ħal Safi.

Raġel ta’ 32 sena, li jirrisjedi ż-Żurrieq, tilef il-kontrol tal-mutur tiegħu Kymco.

Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lir-raġel ġewwa l-isptar Mater Dei għall-aktar kura meħtieġa. Huwa ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Send this to a friend