mutur – Page 6 – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi f’Għawdex

17:55: Il-Pulizija kkonfermaw li ż-żagħżugħ sofra ġrieħi gravi.

Aktar Qabel: Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar t’Għawdex wara li kien involutt f’inċident tat-traffiku f’Għajnsielem.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:15 meta l-mutur misjuq minn żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti Għajnsielem għal xi raġuni mhux magħrufa kellu impatt ma’ vann tat-tip Isuzu misjuq minn raġel ta’ 25 sena residenti x-Xewkija.

Aqra aktar

Żewġ persuni l-isptar wara inċident bil-mutur

Sewwieq ta’ mutur u kif ukoll passiġġier li kien fuq il-mutur ittieħdu l-isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:15 fi triq Mannarinu f’Birkirkara meta seħħ impatt bejn vettura tat-tip Toyota misjuqa minn mara ‘ 54 sena residenti St Venera ma’ mutur tat-tip Modenas.

Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-mutur u l-passiġġier l-isptar Mater Dei.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

Pulizija involut f’inċident tat-traffiku fil-Pietà

Pulizija li kien qed isuq mutur ittieħed l-isptar wara li kellu impatt ma’ vettura fil-Pietà.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17:45 ix-xatt tal-Pietà, Pietà.
L-inċident seħħ meta Pulizija li kien qed isuq mutur tat-tip BMW kellu impatt ma’ vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 29 sena residenti l-Furjana.
Il-Pulizija ttieħed l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Send this to a friend